Ambra Sabatini

atleta Paraolimpika Taljana

Ambra Sabatini (Livorno, twieldet fid-19 ta' Jannar 2002) hija atleta Paraolimpika Taljana.

Ambra Sabatini
Ħajja
Twelid Livorno, 19 Jannar 2002 (22 sena)
Nazzjonalità Italja
Residenza Porto Ercole
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni atleta tal-Logħob Paraolimpiku
Premjijiet
List

Bijografija immodifika

Twieldet fl-2002 f'Livorno, iżda trabbiet u hija residenti f'Porto Ercole. Tipprattika l-isport minn mindu kienet żgħira, l-ewwel l-iskejzjar għal sentejn, imbagħad il-volleyball għal sitt snin, u fl-aħħar nett fl-atletika fit-tlielaq fuq distanza medja.[1][2] Fil-5 ta' Lulju 2019, hi u sejra għal taħriġ tal-atletika f'Grosseto, l-iscooter li kienet fuqu u li kien qed isuq missierha ntlaqat minn karozza li daħlet fil-korsija tagħhom: b'konsegwenza ta' dan l-inċident, kellhom jamputawlha r-riġel tax-xellug min-naħa ta' fuq tal-irkoppa. Wara r-riabilitazzjoni, mill-ewwel bdiet tipprattika l-għawm u ċ-ċikliżmu, peress li inizjalment ma kellhiex protesi għall-ġiri: din waslitilha fl-2020, u b'hekk setgħet terġa' tibda ttellaq fl-atletika, l-ewwel fil-kampjonati Taljani Paraolimpiċi b'riżultati mill-aqwa, u mbagħad saħansitra fil-Grand Prix ta' Dubai fejn ħadet sehem fil-100 metru wita tal-kategorija T63 f'14"59, fejn irreġistrat ir-rekord dinji Paraolimpiku ġdid, li kien validu għall-kwalifikazzjoni għal-Logħob Paraolimpiku ta' Tokjo, il-Ġappun, tal-2020.

F'dak il-Logħob, fl-ewwel parteċipazzjoni tagħha, rebħet il-medalja tad-deheb u kisret ir-rekord dinji tagħha stess b'ħin ta' 14"11, qabel l-atleti Taljani l-oħra Martina Caironi u Monica Graziana Contrafatto.[3] Fit-13 ta' Lulju 2023 rebħet il-medalja tad-deheb fil-Kampjonat Dinji ta' Pariġi, fejn irreġistrat ir-rekord dinji (din id-darba b'ħin ta' 13"98) qabel iż-żewġ atleti Taljani tat-tim tagħha.[4]

Rekords immodifika

  • 100 metri wita:
    • 13"98 (Pariġi, it-13 ta' Lulju 2023)
  • 200 metri wita:
    • 29"87 (Jesolo, it-8 ta' Mejju 2022)

Medalji immodifika

Sena Avveniment Sede Tip Riżultat Prestazzjoni
2021 Logħob Paraolimpiku Tokjo 100 metru wita T63 Deheb 14"11
2023 Kampjonat Paraolimpiku Dinji Pariġi 100 metru wita T63 Deheb 13"98

Kampjonati nazzjonali immodifika

2020
  • Bronż fil-kampjonati Taljani assoluti Paraolimpiċi, 100 metru T63 - 16"68
  • Fidda fil-kampjonati Taljani assoluti Paraolimpiċi, qabża fit-tul T63 - 3,83 metru
2021
  • Deheb fil-kampjonati Taljani assoluti Paraolimpiċi fuq ġewwa, 60 metru T63
  • Deheb fil-kampjonati Taljani assoluti Paraolimpiċi, 100 metru T63 - 14"87
2022
  • Deheb fil-kampjonati Taljani assoluti Paraolimpiċi, 200 metru T63 - 29"78
2023
  • Fidda fil-kampjonati Taljani assoluti Paraolimpiċi fuq ġewwa, 60 metru T63 - 9"17
  • Deheb fil-kampjonati Taljani assoluti Paraolimpiċi, 200 metru T63 - 31"23

Kompetizzjonijiet internazzjonali oħra immodifika

2021
  • Deheb fil-Grand Prix Dubai (Dubai), 100 metru T63 - 14"59

Unuri immodifika

Kullar tad-deheb għall-mertu sportiv

Ruma, l-20 ta' Diċembru 2021[5]

Grifun tad-deheb

Grosseto, l-10 ta' Awwissu 2022[6]

Referenzi immodifika

  1. ^ "Ambra Sabatini - art4sport". web.archive.org. 2021-06-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-06-24. Miġbur 2023-11-27.
  2. ^ "Ambra Sabatini, oro nei 100 mt alle Paralimpiadi: chi è la recordwoman dell'Argentario - CorriereFiorentino.it". web.archive.org. 2021-09-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-09-05. Miġbur 2023-11-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Sabatini, Caironi e Contrafatto, che impresa: fantastico tris nei 100!". La Gazzetta dello Sport (bit-Taljan). 2021-09-04. Miġbur 2023-11-27.
  4. ^ "Meraviglia azzurra a Parigi! Sabatini oro col record, Caironi e Contrafatto sul podio". La Gazzetta dello Sport (bit-Taljan). 2023-07-13. Miġbur 2023-11-27.
  5. ^ "Consegnati i Collari d'Oro del magico 2021 dello sport italiano. Presente il Premier Draghi: continuate a stupirci. Malagò: stagione storica, secondi al mondo dietro gli USA". www.coni.it. 2021-12-20. Miġbur 2023-11-27.
  6. ^ "Ad Ambra Sabatini il Grifone d'oro 2022". Comune di Grosseto (bit-Taljan). Miġbur 2023-11-27.