Aida Emilevna Garifullina (Russu: Аида Эмилевна Гарифуллина, Tatar: Аида Эмил кызы Гарифуллина) hija kantanta Russa tal-Opera li twieldet fit-30 ta' Settembru 1987. Fl-2015 kienet ir-Rebbieha tal-kompetizzjoni Operalia u ħadet sehem f'diversi produzzjonijiet fit-Teatru Mariinksy f'San Pietruburgu kif ukoll fil- Weiner Staatsoper. Għanda kuntratt mal-Kumpannija tad-diski Decca Records.[1]

Aida Garifullina
Ħajja
Twelid Kazan, 30 Settembru 1987 (37 sena)
Nazzjonalità Russja
Awstrija
Edukazzjoni
Alma mater Università tal-mużika u l-arti interpretattivi ta' Vjenna
Lingwi Russu
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant tal-opri
Premjijiet
Moviment artistiku opra
Tip ta' leħen sopran
Strument/i tal-mużika vuċi
Tikketta tar-reġistrazzjoni Decca

Bijografija u Karriera Mużikali

immodifika

Bidu tal-Karriera

immodifika

AIDA Garifullina twieldet fl-1987 lil familja Tatari[2] f’Kazan, il-belt kapitali tar-Repubblika ta’ Tatarstan. Missierha huwa Emil Damirovich Garifullin, u ommha hija Layla Idarovna Garifullina [3] (surmast tal-kor) li bħalissa hija d-Direttriċi taċ-Ċentru tal-Mużika Kontemporanja “m.a. Sofia Gubaidullina”. Minn kmieni fit-tfulita, ommha influwenzat l-iżvilupp mużikali tagħha u kienet strumentali fl-iżvilupp tal-karriera tagħha. Ta' 18-il sena, marret toqgħod f’Nürnberg biex tistudja l-mużika.

Fl-2007, hija ingħaqdet mal-Università ta’ Vienna tal-Mużika u l- Arti taht l-ghalliema Claudia Visca. Sentejn wara, Garifullia għamlet id-debut tagħha bħala Despina, fil-produzzjoni tal-Università ta’ MozartCosì Fan Tutte”. Fl-2010, hija rebħet il-kompetizzjoni tal-kant Muslim Magomayev f’Moska.[4] Crocus Group Press Release]</ref> Wara li ggradwat fl-2011, hija kantat fiċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Universiade tas-sajf XXVI f’Shenzhen[5] u kantat duett ma' Alessandro Safina f’Kazan[6]

Fl-2012, Garifullina kantat fil-ftuħ tad- Dar Russa fl-Olimpjadi tas-Sajf XXX f’Londra.[7] F’Londra iltaqghat ma’ Valery Gergiev, id-direttur artistiku tat-Teatru Mariinsky f’San Pietruburgu. [8] F’Jannar 2013. hija għamlet id-debutt tagħha fit-Teatru Mariinsky fir-Rwol ta’ Susanna fl-Opera ta' Mozart Iz-Zwieg ta' Figaro.

Hija kompliet izzid mar-repertorju tagħha bir-rwoli ta’ Gilda (Rigoletto) u Adina (L’elisir d’amore)[9]

F’Lulju, bħala Ambaxxatura tal-Universiade, hija kantat fil-ftuħ taċ-Ċerimonja tas-Sajf Universiade 2013 f’Kazan. Hija tghat wirja fiċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Universiade Kulturali ma’ l-Orkestra tat-Teatru ta' Mariinsky. Il-prestazzjoni kienet immexxija minn Valery Gergiev.[10]

Operalia 2013 u Karriera

immodifika

Il-karriera ta’ Garifullina hadet spinta meta rebħet l-ewwel premju f’Operalia 2013.[11] F’Ottubru ta' dik is-sena hija ngħatat it-titlu ta’ “Honoration Tamin” tal-President tar-Repubblika ta' Kazan.

Matul l-2013 u 2014 hija dehret f’numru ta' okkazjonijiet kbar, flimkien ma' José Carreras, Plácido Domingo u Dmitry Hvorostovsky. Fl-2014 hija taght wirja fil- Wirjiet Rosenblatt li nzammu fis-Sala Wigmore, Londra. Fl-2015 hija ffirmat kuntratt mad- Ditta tad-diski Decca.[12]

Fl- 2014/2015, hija saret membru ta' l-Opera ta' Vienna. Hadmet ir-rwol tal-kantanta franċiża-amerikana Lily Pons fejn kantat il-kanzunetta “The Bell Song” mill-Opera ta' Lakmé fl-2016 fil-film Florence Foster Jenkins.[13]

Fi Frar tas-sena 2017 hija harget album b-isima fuq id-ditta tad-diski Decca, li jinkludi 15 il-Aria ma' l-Orkestra Radju-Sinfonija ORF taht id-direzzjoni ta' Cornelius Meister.[14]

Fit-13 ta’ Ġunju 2018, Garifullina hadet sehem fil-kunċert tal-ftuħ gala tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 li saret fil-Pjazza l-Hamra f’Moska. Hija kantat ma ‘Anna Netrebko, Juan Diego Florez u Placido Domingo flimkien ma' l-Orkestra tat-Teatru Mariinsky mmexxija minn Valery Gergiev. Fl-14 ta' Ġunju ta' l-isess sena Garifullina kantat fil- 2018 ċerimonja tal-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol li saret fl-Istadju Luzhniki f’Moska. [15] Hija kantat duet tad-diska '“Angels” ma ‘l-kantant popolari Ingliż Robbie Williams.[16]

Hajja Personali

immodifika

Garifullina għandha huha jismu Rem. Hija omm li qed trabbi tifla waħda Olivia li twieldet fl-2016. Għalkemm huwa magħruf li kienet f'relazzjoni matt-Tennista Marat Safin ghal xi zmien bejn l-2016 u l-2017, missier Olivia mhux maghruf pubblikament. [17] Waqt li kienet qed tistudja fi Vjenna fl-2007, l-ghalliema tal-vuci tagħha għal sentejn kienet Claudia Visca, soprano Amerikana. Il-kantanta Soprano favorita tagħha hija Anna Moffo.[18]

Repertorju

immodifika

Diskografija

immodifika

Aida Gariffulina 2017

Titli Prestiggjuzi

immodifika
  • ECHO Klassik Award - Solo Recording (Voice | Arias/recitals)(2017).
  • L-Ewwel post fil-kompetizzjoni Internazzjonali tal-kantanti ta' l-Opera ta' Placido Domingo, Operalia (2013).
  • Artista Onorata tar-repubblika ta' Tatarstan (2013).
  • Certifikat ta' Unur mill-President tar-repubblika ta' Tatarstan (2013).
  • Lawreata tal- Muslim Magomaev fl-Ewwel Konkors Internazzjonali ghal-Vokalisti (2010).
  • Chaliapin "Lehen tas-Sena" bin-nominazzjoni ta' "Academic vocal" (2001).

Referenzi

immodifika
  1. ^ Allmusic.com
  2. ^ "Kazan 2013". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-06-16. Miġbur 2020-04-05.
  3. ^ "Frivolette.com". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-10-14. Miġbur 2020-04-05.
  4. ^ "Crocus Group Press Release". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2020-04-16.
  5. ^ Tatcenter.ru
  6. ^ Tataram.ru
  7. ^ Sputniknews.com
  8. ^ Business Gazeta
  9. ^ www.classicalmusicnews.ru
  10. ^ Archive Kazan2013
  11. ^ Sputniknews.com
  12. ^ Aida Garifullina signs exclusive contract with Decca
  13. ^ Watch Aida Garifullina perform the Bell Song
  14. ^ Decca Announces Aida Garifullina's First Album
  15. ^ BBC.com
  16. ^ BBC.com
  17. ^ Garifullina Opera Everything to know
  18. ^ Aida Gariffullina Opera Everything to know