Ġużè Cassar Pullicino
Ġużè Cassar Pullicino (Birkirkara, 21 ta’ Settembru 1921 - 13 ta' Marzu 2005) kien kittieb u folklorista Malti.
Ġużè Cassar Pullicino | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 21 Settembru 1921 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 2005 |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Malti Franċiż Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
librar folklorista |
Sħubija | Akkademja tal-Malti |
Bijografija
immodifikaĠużè Cassar Pullicino twieled Birkirkara imma trabba Ħal Tarxien. Fl-1938 immatrikula mill-Università ta' Malta u beda jistudja l-Malti bħala parti minn kors tal-letteratura fl-università fl-1940 imma kellu jitilqu minħabba raġunijiet tal-familja. Fl-1940 daħal fis-servizz ċivili. Fl-1954 iżżewweġ lil Celine Bonett u kellhom tifla u żewġ subien.
Fl-1950 ingħata scholarship mill-British Council biex jitħarreġ bħala bibljotekarju f’Leeds u Londra u fl-1952 inħatar Associate of the Library Association. Bejn l-1953 u l-1958 kien il-librar tal-Università ta' Malta, misluf mill-gvern. Mill-1959 sal-1965 kellu post fid-Dipartment tal-Informazzjoni. Hemm organizza l-pubblikazzjoni ta' xogħlijiet importanti bħad-Dizzjunarju Bijo-Bibijografiku Nazzjonali (1960-65) ta' Robert Mifsud Bonnici u t-traduzzjoni minn Erin Serracino Inglott ta' parti mid-Divina Commedia ta' Dante, L-Infern (1964). Serva wkoll bħala Assistent Direttur tal-Informazzjoni (1959-65), Assistent Segretarju fil-Ministeru tal-Industrija u Kummerċ (1965-68), Assistent Segretarju Għoli fil-Ministeru tas-Saħħa (1969-70) u Direttur tal-Industrija (1971-79).
Għamel żmien bħala bibljotekarju fil-Fakultà tat-Teoloġija (Fondazzjoni tal-Istudji Teoloġiċi) fl-Università ta' Malta. (1980- )
Kien membru tal-Akkademja tal-Malti u membru tal-kumitat mill-1942 sal-1945. Kien ukoll membru tal-Għaqda tal-Malti (Università), membru tal-Kunsill ta’ Din l-Art Ħelwa (1965-67); Assistent Editur tal-Melita Historica (1952-61) u tal-Maltese Folklore Review (1962-73).
Folklorista
immodifikaIl-kontribuzzjoni ewlenija ta' Cassar Pullicino fl-istudji akkademiċi kienet fil-qasam tal-folklor. Ġabar min-nies ħajjin kliem tat-tfal, tqabbiliet tat-tfal, taħnin u materjal ieħor li jirrifletti kif jaħseb il-poplu (bħal laqmijiet, għajtiet tal-bejjiegħa, ħwejjeġ moħġaġa u talb). Dan il-materjal kollu qabblu ma' materjal simili minn postijiet differenti tal-Mediterran. Dan kollu ippubblikah f' Studies in Maltese Folklore (1976) u Studi di Tradizioni Popolari Maltesi (1989).
Bejn l-1965 u l-1978 kien jagħti lectures l-istudentti universitarji dwar il-folklor, l-istorja soċjali u l-letteratura Maltija. Kien President Onorarju tal-Għaqda tal-Folklor (1965- );
Ix-xogħol xjentifiku ta' Cassar Pullicino dwar il-folkor kien rikonoxxut fil-qasam internazzjonali. Fl-1946 sar membru tal-Folklore Society ta' Londra u wara tal-Accademia di Studi Superiori Phoenix (Ban). Kien membru fundatur tal-International Society for Folk Narrative Research(1962). Ippublika bosta artikli f'rivisti speċjalizzati bħal Folklore (Londra), Lares: Organo della Società di Etnografia Italiana (Ruma), Folklore (Napli), Journal of the English Folk Dance and Song Society (Londra), : Bulletin International etc Documentation Linguistique (Louvain), Folklore Review (Londra), Bulletin de Litterature Orale Arabo-Berbere (Pariġi), u Acta Ethnographica (Budapest).
Unuri
immodifika- Il-midalja tal-Meritu tal-Fidda mill-Konfederazzjoni tal-Kunsilli Ċiviċi (1970);
- Il-Malta Government Prize għall-aħjar ktieb maħruġ fl-1974;
- Il-Premju Letterarju għal xogħol oriġinali ta’ riċerka dwar Ġużè Muscat Azzopardi (1978);
- Il-Malta Literary Award (1979);
- Il-Premio Città di Valleta (1989);
- Master of Philosophy (Hon. Causa) mill-Università ta’ Malta (1993),
- Il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika ta’ Malta (1993).
Xogħlijiet
immodifikaKritika
immodifika- Kelma Waħda Biss (1973);
- Aquilina u l-Malti (1974);
- Ġużè Muscat Azzopardi: Studji (1991);
- Kitba u Kittieba tal-Malti – tliet kotba (1962-64);
- Dun Karm: tagħrif ġdid u noti kritiċi (1985);
- Poeżiji ta’ Ġorġ Zammit: noti kritiċi (1987);
- Ġużè Ellul Mercer: il-kitbiet miġbura, l-ewwel ktieb (1985);
- Malta fis-Seklu Tmintax: xi djarji Maltin tal-Imgħoddi (1981);
Folklor
immodifika- An Introduction to Maltese Folklore (1947);
- Ħaġa Moħġaġa 1-4 (1957-59);
- Il-Folklor Malti (1960);
- Stejjer ta’ Niesna (1962);
- Il-Bennejja tal-Folklor Malti (1964);
- Studies in Maltese Folklore (1976);
- Skunġrar u Orazzjoni fil-Poeżija Popolari Reliġjuża f’Malta (1981);
- Studi di tradizioni popolari maltesi (1989);
- L-Imgħoddi tal-Ġens Tagħna: Bejn Storja u Folklor (1990);
- Ħżuż Manwel Magri: Ktieb tan-Notamenti dwar il-Folklor Malti (1991);
- Kitba bil-Malti sal-1870 (2001);
- Aktar kitba bil-Malti tas-seklu 19 (2002);
- Ħaġa Moħġaġa u Taħbil il-Moħħ Ieħor (2003);
- Folktales of Malta and Gozo : a selection in English translation (2000);
- Maltese oral poetry and folk music (ma' Charles Camilleri) (1998);
- Studies in Maltese folklore (1992;)
- Femmes de Malte dans les chants traditionnels (ma' Micheline Galley) (1981);
- Taħnin u għana tan-nieqa (1949).
Referenzi
immodifikaĦoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ġużè Cassar Pullicino () |
Bibljograija
immodifika- Schiavone, M. J., Maltese biographies of the twentieth century, (1997), Pubblikazzjonijiet Indipendenza, Malta
- Mifsud Chircop, Ġorġ, Ġużè Cassar Pullicino, folklorista, (1972) Teżi, B.A.(Hons), Universita ta' Malta.
- Aquilina, Helene, Il-Malti u l-istorja fil-hidma ta’ Ġużè Cassar Pullicino, (1972) Teżi, B.A.(Hons), Universita ta' Malta.