Zeinab Zaza
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Zeinab Zaza hija rumanziera, kittieba u traduttriċi Eġizzjana. Hija twieldet f’Pariġi, Franza fl-1956. Missierha huwa Kurd-Eġizzjan, u ommha Franċiża. Aktar tard, kienet toqgħod f’Alexandria, l-Eġittu. Hija t-tifla tal-istudjuż Eġizzjan, Dr Hasan Zaza, speċjalist fil-qasam lingwistiku u fl-istudju taċ-ċivilizzazzjoni tal-Lvant tal-Qedem.
Zeinab Zaza | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Pariġi, 1956 (67/68 sena) |
Nazzjonalità | Eġittu |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Għarbi Franċiż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb rumanzier traduttur |
Il-Bijografija
immodifikaZeinab Hasan Mohammed Zaza twieldet fl-1956 fi Franza waqt li missierha kien qed jistudja għad-dottorat fl-Università ta’ Sorbonne. Il-mibki missierha, Hasan Zaza, kien espert lingwista Eġizzjan, u kien jispeċjalizza fil-lingwistika u fl-istudju taċ-ċivilizzazzjoni tal-Lvant tal-Qedem. Hu kien ukoll wieħed minn tal-ewwel, fid-dinja Għarbija, li studja l-Ebrajk. Matul il-perjodu tal-istudju tiegħu f’Pariġi, hu ltaqa’ ma’ omm Zaza, għalliema Franċiża tal-Ingliż. Huma spiċċaw iżżewġu, u kellhom tifel u tifla bl-isem ta’ Malik u Zeinab, qabel ma’ marru joqogħdu f’Alexandria fl-1958.
Zeinab Zaza hija ta’ dixxendenza Kurda. Nannuha vvjaġġa għall-Eġittu mill-Kurdistan Tork flimkien ma’ ibnu, missier Zeinab, u mal-armata ta’ Muhammed Ali tal-Eġittu. Huma qagħdu fil-governorat ta’ Monufia. Zeinab trabbiet fil-belt ta’ Alexandria fejn missierha kien jaħdem, u fejn hi attendiet l-iskola Franċiża Lycée Français d’Alexandrie. Zaza kibret b’imħabba lejn l-arti, minħabba li l-ġenituri tagħha kienu pitturi, u minħabba li missierha kien involut ħafna f’dan is-suġġett. Huwa studja l-istorja tal-arti fl-École du Louvre, u dan wasslu biex jagħti lekċers fuq is-suġġett fil-Fakultà tal-Belle Arti tal-Università ta’ Helwan, fl-Università ta’ Alexandria u fl-Università tal-Kajr mar-ritorn tiegħu fl-Eġittu. Huwa kien jieħu miegħu lil Zeinab fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Helwan, u fil-workshops ta’ sħabu li wkoll huma magħrufa fl-industrija tal-arti viżiva, b’mod partikolari Hamed Owais, Gamal El-Sagini u Mohamed Hussein Hagras.
Wara li lestiet l-edukazzjoni sekondarja tagħha, Zaza marret toqgħod Pariġi. Hemmhekk, hija qattgħet xi ftit mill-ħin tagħha tpinġi, u fil-kumplament tal-ħin kienet taħdem f’ħanut tal-ħelu, u aktar tard f’xelter tat-tfal. Wara li spiċċat l-istudji tagħha, Zaza ħadmet bħala għalliema fi skejjel elementari u sekondarji tal-gvern fi Franza. Hija żżewġet u kellha tifel li semmietu Suhail.
Aktar tard, Zaza tgħallmet il-lingwa Persjana, u bdiet tittraduċi numru ta’ kotba Għarab u Persjani għall-Franċiż, li kienu miktuba minn awturi Għarab bħal Mourid Barghouti, kif ukoll minn dawk Iranjani, bħal Riza Daneshvar u Chahla Chafiq. Imbagħad, Zaza bdiet anke tikteb rumanzi ta’ ġeneru investigattiv. L-ewwel rumanz tagħha kien ibbażat fuq ħajjitha stess f’Alexandria, bid-differenza li l-avvenimenti seħħew fis-snin tletin.
Ix-Xogħol
immodifikaZaza kitbet numru ta’ rumanzi, u ttraduċiet ammont ta’ xogħlijiet mill-Għarbi għall-Franċiż. Dawn li ġejjin huma wħud mill-aktar xogħlijiet u traduzzjonijiet letterarji magħrufa tagħha:
Rumanzi
immodifika- Yatama Al-Alexandria (Orphans of Alexandria): Rumanz ippubblikat fl-2013 mid-dar tal-pubblikazzjoni Dar Merit fil-Kajr. Huwa ġie ppubblikat u stampat għal darb’oħra mill-pubblikaturi Bait El Yasmine fl-2020 bħala parti mill-Fiera Internazzjonali tal-Ktieb tal-Kajr.
- Mala’ikat Al-Alexandria (Angels of Alexandria): Rumanz ippubblikat fl-2017 minn Dar Merit fil-Kajr matul il-Fiera Internazzjonali tal-Ktieb tal-Kajr.
It-Traduzzjonijiet
immodifika- Ra’aitu Ramallah (I Saw Ramallah): Ktieb Għarbi miktub mill-awtur Palestinjan Mourid Barghouti, u tradott għall-Franċiż minn Zaza.