Yenz Cini
Yenz Cini (Valletta, 4 ta' Jannar 1994) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab mat-tim ta' Valletta bħala gowlkiper.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Yenz Cini | ||
Twelid | 4 ta' Jannar 1994 Valletta, Malta | ||
Rwol | Gowlkiper | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Valletta | ||
Numru | 41 | ||
Mixtliet | |||
–2010 | Valletta | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2010–2015 | Valletta | ||
2015 | → Gudja United (self) | ||
2015–2017 | Mosta | ||
2017–2018 | St. Andrews | ||
2018– | Valletta | ||
Tim nazzjonali | |||
2012– | Malta U19 |
Karriera
immodifikaCini huwa prodott tal-akkademja ta' Valletta fejn ilu mal-klabb mill-età ta' erba' snin. Magħhom rebaħ żewġ kampjonati ta' taħt is-17-il sena. Huwa kellu wkoll prova mal-klabb Ingliż ta' Portsmouth.
Yenz iddebutta fil-Premier League Malti fl-14 ta' April 2012 f'rebħa ta' 1–0 kontra Balzan Youths.[1]
Fil-11 ta' Lulju 2013, hu għamel id-debutt tiegħu fl-Ewropa f'logħba ta' kwalifazzjoni kontra La Fiorita tas-San Marino.[2]
Referenzi
immodifika- ^ "Balzan Youths FC 0 - Valletta FC 1" (bl-Ingliż). Balzan Youths FC. 2012-04-14.
- ^ "Valletta FC 1 - SP La Fiorita 0" (bl-Ingliż). UEFA. 2013-07-11.