Wikotba
Wikibooks (għall-bidu imsejjaħ bħala Wikimedia Free Text Project u Wikimedia Textbooks) huwa wiki tal-Fondazzjoni Wikimedia għall-ħolqien ta' kontenut bla ħlas ta' kotba testwali u manwali.
URL | www.wikibooks.org |
---|---|
Kummerċjali? | Le |
Tip ta' sit | Wiki għal kotba testwali |
Reġistrazzjoni | Opzjonali |
Lingwi disponibbli | Multilingwi |
Proprjetarju | Fondazzjoni Wikimedia |
Maħluqa minn | Karl Wick u l-komunità Wikimedia |
Pubblikata | 19 ta' Lulju, 2003 |
Pożizzjoni fuq Alexa | 3,137[1] |
Stat attwali | Attiva |
Storja
immodifikaWikibooks beda fl-10 ta' Lulju, 2003, bħala tweġiba għal rikjesta li saret mill-kontributur tal-Wikipedija Karl Wick għal proġett li jkun jista' jospita u jibni ġo fih kotba testwali b'xejn fuq suġġetti bħall-kimika organika u l-fiżika. Żewġ sottoproġetti kbar huma l-Wikijunior u l-Wikiversità li ġew ikkreati fi ħdan il-Wikitbiet qabel ma l-politika uffiċjali tal-Wikibooks ġiet aktar tard mibdula, li proġetti b'tip ta' inkubatur għandhom jibdew skont il-politika l-ġdida tal-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia.
Wikijunior
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Wikijunior.
Wikijunior huwa sottoproġett tal-Wikitbiet li jispeċalizza fuq kotba għat-tfal. Il-proġett jikkonsisti fuq kemm rivista u anki websajt, u attwalment qed jiġi żviluppat bl-Ingliż, id-Daniż, l-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Ġappuniż u l-Ispanjol. Dan il-proġett huwa finanzjat minn Beck Foundation.
Kontenut
immodifikaWaqt li xi kotba huma oriġinali, oħrajn bdew bħala testi ikkupjati minn fonti oħra ta' kotba testwali ta' kontenut ħieles fuq l-internet. Il-kontenut kollu tas-sit huwa kopert mil-Liċenzja ta' dokumentazzjoni ħielsa. Dan ifisser li l-kontribuzzjonijiet jibgqgħu taħt proprjetà letterarja tal-kreaturi, waqt li l-liċenzja copyleft tassigura li l-kontenut jibqa' distribwit u riprodott b'xejn.
Il-Wikitbiet huwa differenti mill-funzjoni tal-Wikisors, fejn il-kontenut tal-Wikitbiet ikun mistenni li jiġi mibdul mill-parteċipanti. Però, dokumenti li għandhom t-test oriġinali bħala sors, bħad-drammi Xejksperjani huma minflok ospitati fuq Wikisors.
Referenzi
immodifika- ^ Dettalji tat-traffiku minn Alexa (Frar 2013)