Wikijunior
Il-Wikijunior huwa sotto-proġett tal-Wikibooks li jispeċċalizza għal kotba tat-tfal. Dan jikkonsisti minn kemm sit elettroniku u anki magażin. Is-sit qiegħed preżentament jiġi żviluppat bl-Ingliż, bid-Daniż, bil-Fillandiż, bil-Ġermaniż, bil-Franċiż, bit-Taljan, bil-Ġappuniż u bl-Ispanjol, imma mistennija li tkun b'madwar tnax-il lingwa. Wikijunior hija ffinanzjata minn Beck Foundation.
Il-proġett qed jiżviluppa tliet serje ta' kotba stampati:
- The Natural World (Id-Dinja Naturali)
- Serje bijoloġika u ġeografika. Din is-serje tinkludi t-titli: "Big Cats" u "Dinosaurs".
- Our World of People (Id-Dinja tagħna tal-Poplu)
- Serje kulturali, storika u soċjevoli. Din is-serje tinkludi t-titli: "South America", "Languages", "Kings and Queens of England", u "Ancient Civilizations".
- A World of Discovery and Innovation (Dinja ta' Skoperta u Innovazzjoni)
- Serje matematika, xjentifika u teknoloġika. Din is-serje tinkludi t-titli: "Solar System", "How Things Work" u "The Elements".
Storja
immodifikaIl-Beck Foundation tkellmet mal-Wikimedia biex tikkreja sett ta' kotba wiki għat-tfal. Il-kunċett kien approvat mill-Board of Trustees tal-Fondazzjoni Wikimedia fis-16 ta' Ottubru, 2004. Wikijunior bdiet fl-24 ta' Ottubru fis-sit tal-Wikimedia minn Danny Wool li kien parti mill-istat tal-Wikimedia.
L-iżvilupp tal-kontenut beda fis-7 ta' Novembru, 2004, fuq Wikibooks, xahar wara li beda. Il-Beck Foundation kienet qed tissaportja dan il-proġett biss fl-ispazju fuq is-server, imma mhux biex tippublika u tiddistribwixxi l-kotba. F'Lulju 2006 kien hemm negozjati biex il-Wikimedia tagħmel verżjoni pprintjata.
Ħoloq Oħra
immodifika