Wikotba

(Rindirizzat minn Wikibooks)

Wikibooks (għall-bidu imsejjaħ bħala Wikimedia Free Text Project u Wikimedia Textbooks) huwa wiki tal-Fondazzjoni Wikimedia għall-ħolqien ta' kontenut bla ħlas ta' kotba testwali u manwali.

Wikibooks
Logo ta' Wikimedia Commons
Screenshot ta' Wikimedia Commons
URL www.wikibooks.org
Kummerċjali? Le
Tip ta' sit Wiki għal kotba testwali
Reġistrazzjoni Opzjonali
Lingwi disponibbli Multilingwi
Proprjetarju Fondazzjoni Wikimedia
Maħluqa minn Karl Wick u l-komunità Wikimedia
Pubblikata 19 ta' Lulju, 2003
Pożizzjoni fuq Alexa 3,137[1]
Stat attwali Attiva

Wikibooks beda fl-10 ta' Lulju, 2003, bħala tweġiba għal rikjesta li saret mill-kontributur tal-Wikipedija Karl Wick għal proġett li jkun jista' jospita u jibni ġo fih kotba testwali b'xejn fuq suġġetti bħall-kimika organika u l-fiżika. Żewġ sottoproġetti kbar huma l-Wikijunior u l-Wikiversità li ġew ikkreati fi ħdan il-Wikitbiet qabel ma l-politika uffiċjali tal-Wikibooks ġiet aktar tard mibdula, li proġetti b'tip ta' inkubatur għandhom jibdew skont il-politika l-ġdida tal-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia.

Wikijunior

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Wikijunior.

Wikijunior huwa sottoproġett tal-Wikitbiet li jispeċalizza fuq kotba għat-tfal. Il-proġett jikkonsisti fuq kemm rivista u anki websajt, u attwalment qed jiġi żviluppat bl-Ingliż, id-Daniż, l-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Ġappuniż u l-Ispanjol. Dan il-proġett huwa finanzjat minn Beck Foundation.

Kontenut

immodifika
 
Il-kobor tal-ikbar tmien siti tal-Wikitbiet (skont il-lingwa), Lulju 2003 – Jannar 2008

Waqt li xi kotba huma oriġinali, oħrajn bdew bħala testi ikkupjati minn fonti oħra ta' kotba testwali ta' kontenut ħieles fuq l-internet. Il-kontenut kollu tas-sit huwa kopert mil-Liċenzja ta' dokumentazzjoni ħielsa. Dan ifisser li l-kontribuzzjonijiet jibgqgħu taħt proprjetà letterarja tal-kreaturi, waqt li l-liċenzja copyleft tassigura li l-kontenut jibqa' distribwit u riprodott b'xejn.

Il-Wikitbiet huwa differenti mill-funzjoni tal-Wikisors, fejn il-kontenut tal-Wikitbiet ikun mistenni li jiġi mibdul mill-parteċipanti. Però, dokumenti li għandhom t-test oriġinali bħala sors, bħad-drammi Xejksperjani huma minflok ospitati fuq Wikisors.

Referenzi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika