Wikipedija:Amministraturi/Kandidati
Il-paġna tat-talba għall-amministrazzjoni hija wżata għall-proċess fejn il-komunità tal-Wikipedija tiddeċiedi min se jsir amministratur, li huma utenti li għandhom aċċess għal għodda tekniċi addizjonali li jgħinu fil-manutenzjoni tal-wiki. L-utenti jistgħu jinnominaw lilhom infushom jew lil xi ħadd ieħor.
Linji gwida
immodifikaIl-komunità tagħti l-pożizzjoni ta' amministratur lil utenti ta' fiduċja, u għalhekk dawk nominati għandhom ikunu ilhom biżżejjed fuq il-Wikipedija sabiex l-utenti jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni jekk dawn l-utenti humiex ta' min jafdahom. L-amministraturi għandhom ikunu ddixxiplinati minħabba li utenti oħra ħafna drabi jduru lejhom għall-għajnuna u pariri.
- Standards għan-nominazzjoni
- M'hemm l-ebda prerekwiżiti sabiex isir amministratur, minbarra li jkollok kont u livell ta' fiduċja mill-utenti l-oħrajn. Il-komunità tħares lejn varjetà ta' fattizzi tal-kandidat, u kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu dwar dan.
- Nominazzjoni
- Sabiex tinnomina lilek innifsek jew lil xi utent ieħor għall-amministrazzjoni, ieqaf u xtarr jekk in-nomina tiegħek hijiex fattibli u ikkunsidra l-kontribuzzjonijiet tiegħek lejn il-Wikipedija u kif l-oħrajn jarawhom. Jekk tixtieq tinnomina lil xi ħadd ieħor, iċċekkja magħhom qabel ma tiftaħ il-paġna ta' nominazzjoni. In-nominazzjonijiet jistgħu jiġu miżjuda biss mill-kandidat jew wara li l-kandidat iffirma l-aċċettazzjoni tan-nomina tiegħu.
- Diskussjoni u deċiżjoni
- In-nominazzjonijiet jibqgħu miftuħin għal minimu ta' sebat ijiem mill-ġurnata li n-nominazzjoni titniżżel fuq din il-paġna, fejn l-utenti jkunu jistgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, jistaqsu mistoqsijiet u jħallu kummenti. Fi tmiem il-perjodu ta' diskussjoni, burokrata jevalwa d-diskussjoni sabiex jara jekk intlaħaqx kunsens għall-promozzjoni.
- Il-kunsens f'nominazzjoni ma jiġix determinat skont numru partikolari, iżda bil-persentaġġ ta' voti favoreli miksuba. Bħala regola, dawk in-nomini li jirċievu 80% ta' approvazzjoni jgħaddu. Il-burokrati biss għandhom l-awtorità li jagħlqu nominazzjonijiet ta' suċċess. Huma jistgħu wkoll jagħlqu nominazzjonijiet qabel iż-żmien jekk il-promozzjoni ftit li xejn tista' sseħħ u ma jarawx il-bżonn li jħallu l-applikazzjoni miftuħa.
- Jekk in-nominazzjoni tiegħek ma tgħaddix, stenna perjodu raġjonevoli qabel terġa' tinnomina lilek innifsek jew taċċeta nominazzjoni oħra. Il-biċċa l-kbira tal-utenti jippreferu jistennew xhur qabel ma jerġgħu japplikaw.
- Espressjoni tal-opinjonijiet
- Filwaqt li kull Wikipedjan huwa mistieden li jikkummenta fis-sezzjoni Favur, Kontra jew Newtrali, dawk l-edituri li għandhom kont biss jistgħu "jivvutaw". Il-kandidat jista' jirrispondi għall-kummenti ta' oħrajn. Ċerti kummenti jistgħu ma jingħaddux minħabba suspetti ta' frodi: dawn jistgħu jkunu kontribuzzjonijiet ta' edituri ġodda ħafna jew sockpuppets. Ikun aħjar li tagħti raġuni wara d-deċiżjoni finali tiegħek, u l-kontribut tiegħek (kemm pożittiv u anke negattiv) ikun aktar rispettat jekk issaħħu bl-evidenza.
- Kun dejjem ta' rispett lejn l-oħrajn fil-kummenti tiegħek. Kritika kostruttiva hija utli għall-kandidati sabiex ikun jista' jagħmel l-aġġustamenti neċessarji għal nominazzjonijiet futuri.
Nominazzjoni
immodifikaSabiex tinnomina lilek jew lil xi utent ieħor għal amministratur, segwi dawn il-passi:
- Fil-formola t'hawn taħt biddel
ISEM TAL-UTENT
għall-isem tal-utent tiegħek (kun żġur li ktibtu tajjeb). - Jekk din mhux l-ewwel nomina tiegħek, żied spazju wara l-isem tal-utent bin-numru li jikkorispondi man-numru ta' talbiet għall-amministrazzjoni li għamilt. Jekk din hija t-tieni darba li qiegħed tagħmilha, għamel spazju 2. Jekk din hija t-tielet, spazju 3 eċċ.
- Meta tmur fil-paġna ta' wara, editja l-paġna u segwi l-istruzzjonijiet t'hemmhekk.
- Salva l-paġna.
- Immodifika l-paġna mill-ġdid, u ħassar il-linja tal-konferma. Irrispondi l-mistoqsijiet, li għalkemm mhumiex ta' bilfors, huwa nkorraġġut li tirrispondihom.
- Ikkopja l-kodiċi:
{{Wikipedija:Amministraturi/Kandidati/ISEM TAL-UTENT}}
- Mur fil-paġna segwenti: Editja din il-paġna, żid il-kodiċi t'hawn fuq fejn indikat
Rikjesti attwali
immodifikaArkivju tar-rikjesti
immodifikaUtent | Riżultat | Favur | Kontra | Newtrali | Voti espressi |
Persentaġġ favur | ||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
2005 | ||||||||
Roderick Mallia | aċċettat (votazzjoni) | 2 | 0 | 0 | 2 | 100% | ||
2008 | ||||||||
Chrisportelli | rifjutat (votazzjoni) | 1 | 2 | 0 | 3 | 33.3% | ||
Borgdylan | rifjutat (votazzjoni) | 0 | 3 | 0 | 3 | 0% | ||
Chrisportelli | aċċettat (votazzjoni) | 3 | 0 | 0 | 3 | 100% | ||
2012 | ||||||||
Leli Forte | aċċettat (votazzjoni) | 3 | 0 | 0 | 3 | 100% | ||
2020 | ||||||||
ToniSant | aċċettat (votazzjoni) | 6 | 0 | 0 | 6 | 100% | ||
Nevborg | aċċettat (votazzjoni) | 5 | 0 | 0 | 5 | 100% | ||
2021 | ||||||||
Pichemist | rifjutat (votazzjoni) | 0 | 1 | 0 | 0 | 0% |
- Noti
- Srl ġie mogħti dan l-istatus wara rikjesta li kien għamel lill-istwetti sabiex isir l-ewwel amministratur tal-Wikipedija Maltija.
- Joelemaltais kien mogħti dan l-istatus bi qbil bejn iż-żewġ amministraturi diġà eżistenti dak iż-żmien, Srl u Roderick Mallia, wara li kien hemm ħtieġa ta' xi ħadd li jieħu ħsieb il-Wikipedija fl-assenza ta' Srl. Dak iż-żmien ma kienx hemm biżżejjed utenti attivi biex issir votazzjoni formali.