Visby

belt u żona urbana fil-Muniċipalità ta' Gotland fl-Iżvezja

Visby (pronunzjata bl-Iżvediż: [ˈvǐːsbʏ]) hija żona urbana fl-Iżvezja u s-sede tal-Muniċipalità ta' Gotland fil-Kontea ta' Gotland fil-gżira ta' Gotland, b'24,330 abitant skont iċ-ċensiment tal-2017. Visby hija wkoll is-sede episkopali għad-Djoċesi ta' Visby. Il-belt Anseatika ta' Visby x'aktarx li hija l-iżjed belt Medjevali ppreservata tajjeb fl-Iskandinavja, u mill-1995 iddaħħlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1][2] Fost l-iżjed fdalijiet storiċi notevoli hemm is-sur twil 3.4 kilometri tal-belt madwar iċ-ċentru storiku, u għadd ta' fdalijiet ta' knejjes. Id-deklin bħala belt Anseatika fl-aħħar tal-Medjuevu kienet il-kawża għaliex ħafna djar tal-ġebel ġew ippreservati bl-istil Medjevali oriġinali tagħhom.

Visby
 Żvezja
Amministrazzjoni
Stat sovranŻvezja
County of SwedenKontea ta' Gotland
Municipality of SwedenMuniċipalità ta' Gotland
Isem uffiċjali Visby
Ismijiet oriġinali Visby
Kodiċi postali 621 xx
Ġeografija
Koordinati 57°37′44″N 18°18′26″E / 57.628997°N 18.307109°E / 57.628997; 18.307109Koordinati: 57°37′44″N 18°18′26″E / 57.628997°N 18.307109°E / 57.628997; 18.307109
Visby is located in Sweden
Visby
Visby
Visby (Sweden)
Superfiċjenti 1,453±0.5 hectare
Demografija
Popolazzjoni 24,951 abitanti (31 Diċembru 2020)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 0498
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2

Visby hija destinazzjoni popolari għall-vaganzi fost l-Iskandinavi matul is-sajf u tilqa' eluf ta' turisti kull sena. Bla dubju hija l-iżjed lokalità Żvediża popolata 'l barra mill-art kontinentali tal-Iżvezja. L-Università ta' Gotland tinsab f'Visby, u mill-1 ta' Lulju 2013, hija dipartiment tal-Università ta' Uppsala bl-isem ta' Uppsala University–Campus Gotland. Visby hija wkoll l-unika sede ta' kontea fl-Iżvezja li hija aċċessibbli mill-art kontinentali bil-baħar u bl-ajru biss.

Etimoloġija

immodifika

L-isem "Visby" ġej min-Normann Antik Vis, is-singular ġenitiv ta' Vi, jiġifieri post pagan tas-sagrifiċċji", u by, jiġifieri "villaġġ". Fil-Gutasagan (nofs is-seklu 14), issir referenza għall-post bħala Wi biss, jiġifieri "post sagru, post ta' qima".[3]

Visby xi kultant tissejjaħ "il-belt tal-ward" jew "il-belt tal-fdalijiet".[4][5]

L-istorja bikrija ta' Visby mhijiex ċara, iżda huwa magħruf li l-belt kienet ċentru tal-merkanzija għall-ħabta tad-900 W.K. Visby kienet abitata saħansitra fi Żmien il-Ħaġar, x'aktarx minħabba l-aċċess għall-ilma ħelu u l-port naturali.[6]

Fis-seklu 12 inbena l-Katidral ta' Visby iddedikat lil Santa Marija. Ġie msawwar mill-ġdid fis-seklu 13 għad-dehra li għandu llum il-ġurnata, u nfetaħ uffiċjalment fl-1225, mill-isqof tal-belt Żvediża ta' Linköping. Diversi knejjes oħra nbnew ukoll tul is-sekli ta' wara. Il-belt iffjorixxiet bis-saħħa tal-Lega Anseatika Ġermaniża.[7]

Ix-xogħol fuq is-swar mad-dawra tal-belt x'aktarx li nbeda fis-seklu 12. Għall-ħabta tal-1300, ġie rikostruwit u laħħaq l-għoli attwali tiegħu, u kiseb it-torrijiet karatteristiċi tiegħu, għalkemm uħud mit-torrijiet ma nbnewx qabel is-seklu 15. Is-swar mad-dawra tal-belt għadu kważi intatt.

Fl-ewwel nofs tas-seklu 14 (1300-1350) Visby laħqet il-qofol tal-ġid u tal-influwenza tagħha, u matul dan iż-żmien x'aktarx li ġew ippromulgati l-Liġijiet ta' Wisbuy, li kienu sett ta' liġijiet marittimi li kellhom influwenza mifruxa fil-Baltiku u lil hinn.[8]

Fl-1361, Gotland inħakmet minn Valdemar IV tad-Danimarka. 1,800 ċittadin ta' Gotland inqatlu fil-battalja quddiem il-belt. Valdemar ġarraf parti mis-swar, qiegħed tliet btieti enormi tal-birra u hedded li kien se jordna lin-nies tiegħu jisirqu u jagħmlu ħerba mill-belt sakemm ma kinux jiġu mimlija bil-fidda u bid-deheb. Il-missirijiet tal-belt ta' Visby issodisfaw it-talba tiegħu bl-oġġetti ta' valur tal-knejjes. Valdemar żied "Re ta' Gotland" mal-lista ta' titli tiegħu.[9] Il-mod kif ittratta lil Visby, membru tal-Lega Anseatika, wassal biex il-Lega tidħol fi gwerra mad-Danimarka; madankollu, għalkemm Valdemar ġie mġiegħel jagħti diversi konċessjonijiet, żamm lil Visby bħala belt Daniża.[10]

 
Valdemar Atterdag iżomm lil Visby bħala rahan, 1361, ta' Carl Gustaf Hellqvist (1851-1890).

Fl-1391, fl-1394 u fl-1398, il-belt ittieħdet u nsterqet mill-Aħwa Vitalier, li kienu pirati li kienu jbaħħru fil-Baħar Baltiku. Armata invażiva tal-Kavallieri Tewtoniċi ħakmet lil Gotland fl-1398, qerdet lil Visby u keċċiet lill-aħwa. Fl-1409, il-Gran Mastru Ulrich von Jungingen tal-Kavallieri Tewtoniċi ggarantixxa l-paċi mal-Unjoni ta' Kalmar tal-Iskandinavja billi bigħ il-gżira ta' Gotland lir-Reġina Margaret tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Iżvezja.[10]

Fl-1411, ir-Re Norveġiż, Daniż u Żvediż Eric tal-Pomeranja ordna li jinbena l-Kastell ta' Visborg, u għex fih għal tnax-il sena. Matul dan iż-żmien il-belt prattikament inħakmet mill-pirati u l-kummerċ waqaf ħesrem. Mill-1470, il-Lega Anseatika neħħiet l-istatus ta' belt Anseatika lil Visby.[10]

Fl-1525, waslet l-aħħar daqqa ta' ħarta. Fit-taqbida tat-tron Daniż, Lübeck, Belt Ħielsa tal-Imperu Ruman Sagru u membru ewlieni tal-Lega Anseatika, appoġġat lil Federiku I, filwaqt li Søren Norby, il-gvernatur Daniż ta' Gotland iġġieled għal Christian II, anke wara r-riżenja uffiċjali ta' Christian fl-1523. Sakemm Norby issielet kontra azzjoni militari fl-Iżvezja, iċ-ċittadini ta' Lübeck irnexxielhom jattakkaw lil Visby u tawha n-nar minn erba' bnadi. Iżda kuntrarjament għal li jingħad spiss, diversi knejjes xorta waħda baqgħu jeżistu għall-ewwel. Il-knejjes ta' San Ġakbu (li diġà kienet ingħalqet qabel), San Nikola u Santa Gertruda nsterqu mill-armata ta' Lübeck. Bir-riformazzjoni, il-knejjes kollha għajr dik ta' San Ġwann, li saret il-knisja parrokkjali, ingħalqu. Fl-1528, iċ-ċittadini ta' Visby serqu l-Knisja tat-Trinità Mqaddsa jew il-Knisja ta' Kristu Sidna (bl-Iżvediż: Drottens kyrka) bħala tpattija għas-serq li ġarrbet il-belt tagħhom. Fl-1533-1534, il-gvernatur Daniż il-ġdid, Henrik Nielsen Rosenkrantz, ġarraf il-knejjes ta' San Ġwann u ta' San Pietru biex itejjeb id-difiża tal-kastell tiegħu magħruf bħala Visborgs slott. Il-Katidral ta' Santa Marija baqa' l-aħħar knisja funzjonali u sar il-knisja parrokkjali l-ġdida.[10][11][12]

Mill-ġdid Gotland ittieħdet mill-Iżvezja fl-1645, permezz tat-Trattat ta' Brömsebro, wara 300 sena ta' tmexxija Daniża. Il-belt żviluppat bil-mod u kważi kollox tħalla kif kien.[13] F'nofs is-seklu 18, wara li l-pesta naqqset il-popolazzjoni ta' Visby, saru xi tentattivi minn uffiċjali tal-gvern Żvediż biex jittejbu l-istandards tal-għajxien, iżda ma tantx inkiseb wisq. Ma kienx qabel il-bidu tas-seklu 19 li Visby mill-ġdid reġgħet bdiet tattira l-kummerċ u l-industrija portwali. Fl-istess żmien – fl-1808 – Gotland inħakmet mir-Russja, iżda reġgħet ittieħdet lura paċifikament mill-Iżvediżi wara ftit xhur biss.[10]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika
 
Veduta ġenerali tal-katidral minn Övre Finngränd fi Klinten

Il-Belt Anseatika ta' Visby ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[2]

Ġeografija

immodifika
 
Rikostruzzjoni tal-port ta' Visby fil-Medju Evu

Visby huwa isem il-lokalità jew il-belt, kif ukoll l-isem taż-żona usa' madwarha, Visby socken. Fl-1936, is-socken ġiet inkorporata fi ħdan il-belt ta' Visby li kienet għadha kemm ġiet iffurmata; l-unika lokalità bi status ta' belt storika f'Gotland. Visby socken tinkludi l-istess żona bħad-Distrett amministrattiv ta' Visby, stabbilit fl-1 ta' Jannar 2016. Mill-2019, il-Katidral ta' Visby, il-Knisja ta' Visborg u l-Knisja ta' Terra Nova f'Visby saru parti mill-parroċċa tal-Katidral ta' Visby (Visby Domkyrkoförsamling).[14] Visby hija wkoll l-unika sede tal-muniċipalità tal-Iżvezja li hija aċċessibbli mill-art kontinentali bil-baħar u bit-traffiku tal-ajru biss.

Visby tinsab fil-kosta ċentrali tal-Punent ta' Gotland, max-xaqlibiet pjuttost weqfin tal-irdumijiet tal-ġebla tal-ġir madwar l-ewwel port naturali. Il-belt evolviet madwar il-port Medjevali li issa jikkostitwixxi l-park ta' Almedalen. Hemm toroq twal li huma paralleli mal-linja antika tal-kosta b'toroq iqsar f'angolu ta' 90 grad magħhom, li jwasslu mill-port, fuq ix-xaqliba, sal-parti iktar għolja tal-Lvant tal-belt magħrufa bħala Klinten.[15]

Il-parti antika oriġinali ta' Visby hija mdawra kważi għalkollox bis-swar tal-belt lejn it-Tramuntana, il-Lvant u n-Nofsinhar, bil-port antik u l-Baħar Baltiku fil-Punent. Il-partijiet iktar moderni tal-belt jinsabu l-iktar lejn il-Lvant u iktar 'il ġewwa mis-swar. Tul il-kosta fin-Nofsinhar tas-swar hemm il-port modern bit-terminals tal-laneċ u tal-bastimenti, u iktar lejn in-Nofsinhar hemm żona rikreattiva ħadra msejha Södra Hällarna. Eżatt fil-parti tat-Tramuntana tas-swar kif ukoll tul il-kosta tat-Tramuntana 'l barra mis-swar, hemm diversi bajjiet: Kallbadhuset, Norderstrand, Snäckgärdsbaden (jew sempliċement Snäck) u Gustavsvik.

Visby u Tallinn huma l-unika żewġ bliet tat-Tramuntana tal-Ewropa fejn baqgħet ippreservata għalkollox sa żminijietna l-pjanta Medjevali tal-belt qisha grilja.

Waħda mill-asterojdi fis-smewwiet, is-6102 Visby, ingħatat isem il-belt.[16]

Skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen, Visby għandha klima oċeanika (Cfb). B'hekk is-sjuf ikunu iktar friski u x-xtiewi inqas qalila mill-biċċa l-kbira tal-art kontinentali tal-Iżvezja. Madankollu, minkejja l-pożizzjoni marittima tagħha, il-klima tal-belt hija influwenzata ferm mill-flussi tal-arja kontinentali. L-ammonti ta' preċipitazzjoni huma pjuttost moderati, speċjalment għal klima oċeanika, u relattivament konsistenti matul is-sena kollha. Visby hija waħda mill-iżjed bliet xemxin fl-Iżvezja u fil-pajjiżi Nordiċi, speċjalment matul is-sajf.

Data klimatika dwar l-Ajruport ta' Visby tal-1991-2020; temp. normali u estremi ta' kull xahar
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 10.2

(50.4)

11.2

(52.2)

16.1

(61.0)

25.2

(77.4)

27.7

(81.9)

31.2

(88.2)

33.7

(92.7)

32.9

(91.2)

28.1

(82.6)

20.9

(69.6)

14.9

(58.8)

12.5

(54.5)

33.7

(92.7)

Temp. massima medja f'°C (°F) 6.6

(43.9)

6.8

(44.2)

11.2

(52.2)

18.5

(65.3)

23.4

(74.1)

25.8

(78.4)

27.8

(82.0)

27.0

(80.6)

22.3

(72.1)

16.0

(60.8)

10.7

(51.3)

7.8

(46.0)

28.9

(84.0)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 2.0

(35.6)

1.8

(35.2)

4.4

(39.9)

9.8

(49.6)

15.0

(59.0)

18.9

(66.0)

21.6

(70.9)

21.1

(70.0)

16.6

(61.9)

10.9

(51.6)

6.3

(43.3)

3.5

(38.3)

11.0

(51.8)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 0.2

(32.4)

−0.3

(31.5)

1.3

(34.3)

5.4

(41.7)

10.2

(50.4)

14.5

(58.1)

17.4

(63.3)

17.1

(62.8)

13.0

(55.4)

8.3

(46.9)

4.5

(40.1)

1.8

(35.2)

7.8

(46.0)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) −1.9

(28.6)

−2.6

(27.3)

−1.8

(28.8)

1.2

(34.2)

5.3

(41.5)

10.0

(50.0)

13.2

(55.8)

13.2

(55.8)

9.6

(49.3)

5.6

(42.1)

2.5

(36.5)

−0.3

(31.5)

4.5

(40.1)

Temp. minima medja f'°C (°F) −11.5

(11.3)

−10.9

(12.4)

−9.9

(14.2)

−5.3

(22.5)

−1.4

(29.5)

3.8

(38.8)

7.4

(45.3)

6.8

(44.2)

2.7

(36.9)

−2.0

(28.4)

−4.3

(24.3)

−8.3

(17.1)

−14.2

(6.4)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −20.1

(−4.2)

−21.2

(−6.2)

−19.5

(−3.1)

−8.7

(16.3)

−7.8

(18.0)

−0.3

(31.5)

4.1

(39.4)

4.3

(39.7)

−2.9

(26.8)

−6.0

(21.2)

−10.2

(13.6)

−22.2

(−8.0)

−22.2

(−8.0)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 42.7

(1.68)

35.3

(1.39)

27.6

(1.09)

24.9

(0.98)

29.0

(1.14)

42.5

(1.67)

61.3

(2.41)

56.6

(2.23)

47.5

(1.87)

54.0

(2.13)

55.5

(2.19)

56.2

(2.21)

533.2

(20.99)

Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 41 70 156 243 317 315 314 261 188 102 42 31 2,080
Sors 1[17]
Sors 2[18]
Data klimatika dwar l-Ajruport ta' Visby (temp. medji u estremi tal-2002-2020 mill-1901)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 10.2

(50.4)

12.9

(55.2)

18.6

(65.5)

25.2

(77.4)

27.7

(81.9)

31.4

(88.5)

33.7

(92.7)

32.9

(91.2)

29.0

(84.2)

20.9

(69.6)

14.9

(58.8)

12.5

(54.5)

33.7

(92.7)

Temp. massima medja f'°C (°F) 6.8

(44.2)

6.8

(44.2)

11.7

(53.1)

18.2

(64.8)

23.8

(74.8)

26.2

(79.2)

28.1

(82.6)

27.5

(81.5)

23.1

(73.6)

16.3

(61.3)

11.2

(52.2)

8.1

(46.6)

29.2

(84.6)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 1.8

(35.2)

1.8

(35.2)

4.6

(40.3)

10.2

(50.4)

15.6

(60.1)

19.4

(66.9)

21.9

(71.4)

21.5

(70.7)

17.1

(62.8)

11.0

(51.8)

6.9

(44.4)

3.9

(39.0)

11.3

(52.4)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) −0.3

(31.5)

−0.5

(31.1)

1.3

(34.3)

5.2

(41.4)

10.6

(51.1)

14.8

(58.6)

17.7

(63.9)

17.4

(63.3)

13.6

(56.5)

8.3

(46.9)

4.9

(40.8)

2.0

(35.6)

7.9

(46.3)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) −2.4

(27.7)

−2.7

(27.1)

−2.1

(28.2)

1.1

(34.0)

5.5

(41.9)

10.2

(50.4)

13.4

(56.1)

13.3

(55.9)

10.0

(50.0)

5.5

(41.9)

2.9

(37.2)

0.1

(32.2)

4.6

(40.2)

Temp. minima medja f'°C (°F) −12.7

(9.1)

−11.0

(12.2)

−10.9

(12.4)

−5.9

(21.4)

−1.7

(28.9)

3.1

(37.6)

7.6

(45.7)

6.5

(43.7)

3.3

(37.9)

−2.2

(28.0)

−3.8

(25.2)

−7.8

(18.0)

−14.6

(5.7)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −25.0

(−13.0)

−25.4

(−13.7)

−23.5

(−10.3)

−12.7

(9.1)

−7.8

(18.0)

−1.0

(30.2)

2.9

(37.2)

1.1

(34.0)

−2.9

(26.8)

−6.0

(21.2)

−11.5

(11.3)

−22.2

(−8.0)

−25.4

(−13.7)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 46.5

(1.83)

32.0

(1.26)

27.9

(1.10)

20.2

(0.80)

28.2

(1.11)

39.8

(1.57)

64.8

(2.55)

58.6

(2.31)

40.1

(1.58)

57.4

(2.26)

60.9

(2.40)

57.8

(2.28)

534.2

(21.05)

Fond estrem medju ta' borra f'cm (pulzieri) 15

(5.9)

13

(5.1)

8

(3.1)

1

(0.4)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

5

(2.0)

7

(2.8)

21

(8.3)

Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 37 70 167 261 322 331 313 265 200 103 42 31 2,142
Sors 1[19]
Sors 2[17]

Infrastruttura

immodifika

Trasport

immodifika
 
It-terminal ta' Visby

Visby hija kkollegata mal-art kontinentali tal-Iżvezja permezz tal-laneċ u l-ajruplani. Il-laneċ jaslu kemm minn Oskarshamn f'Småland kif ukoll minn Nynäshamn, qrib Stokkolma, u t-tnejn jieħdu madwar tliet sigħat. Il-laneċ huma amministrati minn Destination Gotland u huma ssussidjati mill-gvern Żvediż. Destination Gotland huwa l-uniku operatur tal-laneċ – fis-sajf tal-2016, il-kumpanija indipendenti tat-trasport marittimu Gotlandsbåten kienet tamministra l-laneċ lejn Västervik u Nynäshamn, iżda dan is-servizz ma kienx iwassal għal profitt u ma reġax ġie offrut mill-2017.[20][21]

L-Ajruport ta' Visby jinsab madwar ħames kilometri (3.1 mili) fit-Tramuntana tal-belt u joffri kollegamenti mal-art kontinentali Żvediża. Fl-2018 kellu 467,857 passiġġier u huwa d-disa' l-ikbar ajruport fl-Iżvezja.[22] It-titjiriet ta' kuljum lejn l-Ajruport ta' Arlanda fi Stokkolma u minnu huma mod komuni kif wieħed jitlaq minn Visby jew jasal.[23][24]

Hemm ukoll karozzi tal-linja li joperaw fil-belt ta' Visby kif ukoll karozzi tal-linja lejn partijiet oħra ta' Gotland.[25]

Visby tat isimha lill-Emendi ta' Visby tal-1968, li kienu emendi għar-Regoli ta' Den Haag tal-liġi dwar it-trasport marittimu, li wasslu għar-Regoli ta' Den Haag–Visby.[26]

 
Ferrovija fl-istazzjon ferrovjarju ta' Visby matul l-aħħar sena tat-traffiku ferrovjarju fl-1960

Visby qabel kienet moqdija minn żewġ linji ferrovjarji, il-Linja Ferrovjarja ta' Gotland li kienet taħdem minn Lärbro fit-Tramuntana, sa Burgsvik fin-Nofsinhar, u kienet tgħaddi mill-port ta' Visby, u l-Linja Ferrovjarja Visby–Visborgsslätt–Bjärs, fin-Nofsinhar lejn Visborgsslätt u Västerhejde. L-ewwel linja, minn Visby sa Hemse nbdiet fl-1878, taħt il-patroċinju tal-Linja Ferrovjarja ta' Gotland. It-trasport tal-passiġġieri ma baqax jopera wara Settembru 1960. It-trasport tal-merkanzija fir-rotta bejn Slakteriet u l-port ta' Visby baqa' jopera sa Mejju 1962. L-aħħar sezzjonijiet tar-rotta tal-port f'Visby tneħħew f'Marzu 1964. L-istazzjon ferrovjarju ta' Visby, fin-Nofsinhar tas-Söderport f'Söderväg, tlesta fl-1878 u huwa wieħed mill-ftit fdalijiet tal-linja ferrovjarja f'Visby.[27]

Impjanti

immodifika

Ħdejn Visby hemm l-impjant tal-invertitur statiku għall-ewwel interkonnessjoni HVDC ta' park tat-turbini tar-riħ (HVDC Visby–Näs).

Attrazzjonijiet u avvenimenti

immodifika
 
Il-Park ta' Almedalen

Matul l-ewwel ġimgħa ta' Lulju, f'Visby issir il-Ġimgħa ta' Almedalen, forum importanti għal kull min hu involut fil-politika Żvediża. Matul dik il-ġimgħa, ir-rappreżentanti mill-partiti politiċi ewlenin fl-Iżvezja lkoll jagħmlu diskorsi fil-Park ta' Almedalen.

F'Awwissu, l-istaġun turistiku jilħaq il-qofol tiegħu. Matul il-ġimgħa 32, minn Ħadd sa Ħadd, kull sena ssir il-Ġimgħa Medjevali f'Gotland. Matul dik il-ġimgħa, l-għadd ta' turisti jisboq l-għadd ta' nies li jkunu lebsin kostumi Medjevali. Il-festival beda jsir fl-1984 u jinkludi varjetà ta' avvenimenti: mużika, buffi, teatru, suq Medjevali, tornej tal-ġostra, u ħafna iktar.

Il-kwartier ġenerali tal-Forum Ekoloġiku Dinji jinsab f'Visby.[28]

Kultura u arti

immodifika

Visby tospita ċ-Ċentru Baltiku għall-Kittieba u t-Tradutturi u ċ-Ċentru Internazzjonali ta' Visby għall-Kompożituri.[29][30]

Kultura popolari

immodifika

L-awtriċi Żvediża Mari Jungstedt ambjentat disa' ġrajjiet investigattivi fuq il-gżira ta' Gotland. Il-karattru prinċipali, DS Anders Knutas, huwa stazzjonat fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija f'Visby, u hemm bosta siltiet deskrittivi dwar il-belt u l-gżira.

Hayao Miyazaki kiteb li Visby kienet l-ispirazzjoni viżiva prinċipali għar-raħal f'Kiki's Delivery Service, b'elementi minn postijiet oħra bħal Stokkolma.[31]

Fl-1971 Ingmar Bergman ġibed The Touch (1971) (Beröringen) b'Bibi Andersson, Max von Sydow u Elliott Gould f'Visby.[32]

Visby tissemma wkoll fil-kanzunetta ta' Yorushika, Rain With Cappuccino.[33]

Il-klabbs sportivi li ġejjin jinsabu f'Visby:

  • Endre IF (floorball)
  • Visby Ladies (basketball tan-nisa)
  • Visby IBK (floorball)
  • Visby/Roma HK (hockey tas-silġ)
  • FC Gute (futbol)
  • IFK Visby (futbol)
  • Visby AIK (futbol)
  • Visby Klätterklubb (Tixbit)

Referenzi

immodifika
  1. ^ "21 amazing World Heritage Sites you've probably never heard of" (bl-Ingliż). 2016-02-04. Miġbur 2022-06-27.
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Hanseatic Town of Visby". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-27.
  3. ^ "Svenska uppslagsverk - Nationalencyklopedin". uppslag.psilander.se. Miġbur 2022-06-27.
  4. ^ "Cercurius - Smeknamn och öknamn på svenska städer". web.archive.org. 2017-05-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-05-14. Miġbur 2022-06-27.
  5. ^ "Rosornas stads mest urvattnade tradition". www.expressen.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-27.
  6. ^ Westholm, Gun (2000). "Visby och Gotland – Medeltida byggnadsutveckling". Gotländskt Arkiv. Visby: Gotlands fornsal. 2000 (72): 85.
  7. ^ Yrwing, Hugo (1986). Visby – hansestad på Gotland (in Swedish). Stockholm: Gidlund. ISBN 91-7844-055-6.
  8. ^ Andrén, Anders (2011). Det medeltida Gotland: en arkeologisk guidebok. Lund: Historiska media. ISBN 978-91-85873-83-8.
  9. ^ Westholm, Gun (2007). Visby 1361: Invasionen (bl-Iżvediż). Stockholm: Prisma. ISBN 978-91-518-4568-5.
  10. ^ a b ċ d e "Gotlands historia". www.tacitus.nu. Miġbur 2022-06-28.
  11. ^ "S:ta Karin, Sverige | Slottsguiden". www.slottsguiden.info. Miġbur 2022-06-28.
  12. ^ "S:t Per och S:t Hans, Sverige | Slottsguiden". www.slottsguiden.info. Miġbur 2022-06-28.
  13. ^ Englund, Peter (2003). Ofredsår (in Swedish). Stockholm: Atlantis. pp. 368 u 394. ISBN 91-7486-349-5.
  14. ^ "Församlingar på Gotland". www.svenskakyrkan.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-28.
  15. ^ "Visby - Uppslagsverk - NE.se". www.ne.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-28.
  16. ^ Guide, Universe. "6102 Visby Asteroid Facts". Universe Guide (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-29.
  17. ^ a b "Dataserier med normalvärden för perioden 1991-2020 | SMHI". www.smhi.se. Miġbur 2022-06-28.
  18. ^ "Ladda ner meteorologiska observationer | SMHI". www.smhi.se. Miġbur 2022-06-28.
  19. ^ "Års- och månadsstatistik | SMHI". www.smhi.se.
  20. ^ Nyheter, S. V. T.; Widegren, Patrik (2016-01-22). "Efter motgångar: Ny färja till Gotland i sommar" (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
  21. ^ Kalmar, P4 (2018-04-06). "Gotlandsbåten avregistreras – inga nya planer" (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
  22. ^ "Om flygplatsen". www.swedavia.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
  23. ^ "Sveriges flygplatser 2017- Arlanda störst, Hagfors minst & Skellefteå ökade mest – flyg24nyheter". flyg24nyheter.com. Miġbur 2022-06-29.
  24. ^ "Ny direktlinje mellan Oslo och Visby". www.aftonbladet.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
  25. ^ "Kollektivtrafiken". Region Gotland (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
  26. ^ "Comparison of Hauge-Visby and Hamburg rules" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2018-11-23. Miġbur 2022-06-29.
  27. ^ "Gotlands Jornvag -GJ". web.archive.org. 2011-08-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-08-22. Miġbur 2022-06-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  28. ^ "World Ecological Forum | Contact Us" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-29.
  29. ^ jesperelen. "Home" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-29.
  30. ^ "Baltic Centre for Writers and Translators". www.bcwt.org. Miġbur 2022-06-29.
  31. ^ Hayao Miyazaki. Creating Kiki's Delivery Service (DVD) (bl-Ingliż u bil-Ġappuniż). Disney Presents Studio Ghib.
  32. ^ "Beröringen (1971) - SFdb" (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
  33. ^ "ヨルシカ - 雨とカプチーノ(Official Video) | Ghostarchive". ghostarchive.org. Miġbur 2022-06-29.