Vera Molnár
Vera Molnár (née Gács; 5 ta’ Jannar 1924 – 7 ta’ Diċembru 2023) kienet artista Ungeriża li għexet u ħademet fi Franza. Molnár hija meqjuasa bħala pijunier tal-arti tal-kompjuter u l-arti ġenerattiva[1] u kienet ukoll waħda mill-ewwel nisa li użaw il-kompjuters fil-prattika tal-arti tagħha.[2]
Vera Molnár | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Veronica Gacs |
Twelid | Budapest, 5 Jannar 1924 |
Nazzjonalità | Franza |
Mewt | 13th arrondissement of Paris (en) , 7 Diċembru 2023 |
Familja | |
Konjuga/i | François Molnár (1948 - 1993) |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Franċiż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
artist diġitali algorithm artist (en) pittur skultur disinjatur tal-ġojjellerija |
Post tax-xogħol | Pariġi |
Premjijiet |
List
|
Imwielda fl-Ungerija, Molnár studjat l-estetika u l-istorja tal-arti fl- Università tal-Belle Arti Ungeriża. Fl-1940ijiiet u l-50ijiet, hija ħolqot pitturi mhux figurattivi. Għall-1959 bdiet tagħmel immaġini kombinatorji; u fl-1968, kienet tuża kompjuter biex toħloq l-ewwel tpinġijiet algoritmiċi tagħha.
Fis-sittinijiet, hija waqqfet żewġ gruppi fi Franza iffukati fuq l-użu tat-teknoloġija fl-arti: il-Groupe de Recherche d'Art Visuel u Art et Informatique. Fl-1976, saret l-ewwel wirja solo tagħha fil-gallerija tal-Polytechnic ta’ Londra.[3]
Ix-xogħol tagħha kien akkwistat minn ħafna mużewijiet ewlenin. Fl-2007, hija ġiet ingħata l-unur ta' Chevalier tal-Arti u l-Ittri fi Franza.
Molnár intgħażel bħala waħda minn 213-il artist għad- 59 Biennale ta' Venezja fl-2022.[4]
Ħajja
immodifikaVera Molnár, imwielda fl-1924 fl-Ungerija, kienet waħda mill-pijunieri tal-arti tal-kompjuter u algoritmika. Mħarrġa bħala artista tradizzjonali, Molnár studjat għal diploma fl-istorja tal-arti u l-estetika fil-Kulleġġ tal-Arti ta’ Budapest, fejn gradwat fl-1947, u fejn iltaqgħet mar-raġel futur tagħha, François Molnár (1922–1993)[5] xjenzat li kkollabora magħha.[6] Għal ftit żmien fl-1947 għexet Ruma, qabel ma marret tgħix Pariġi dik l-istess sena. Fl-1948, iżżewġet lil Molnár.[7][8]
Molnár bdiet toħloq immaġini kombinatorji sa mill-1959.[9] Fl-1968 bdiet taħdem bil-kompjuters, fejn bdiet toħloq pitturi algoritmiċi bbażati fuq forom ġeometriċi sempliċi u temi ġeometriċi.[10]
Molnár miet fis-7 ta' Diċembru 2023, fl-età ta' 99 sena.[11][12]
Legat
immodifikaMolnár kienet parti mill-wirja tal-2010 "On Line: Drawing Through the Twentieth Century" fil- Museum of Modern Art ta' New York. Il-wirja kienet dwar l-istorja tat-tpinġija tal-linji.[13][14]
Wirja retrospettiva tal-2015 bl-isem "Regarding the Infinite | Drawings 1950–1987" saret f'Senior & Shopmaker Gallery fil-belt ta' New York.[15][16]
Wirja fl-2024 fiċ-Ċentru Pompidou ta' Pariġi esebixxiet x-xogħol algoritmiku ta' Molnár flimkien mal-abbozzi u n-noti tagħha.[17]
Premjijiet
immodifikaFl-2005 Molnár irċeviet il-Premju DAM għall-Arti Diġitali għax-xogħol matul ħajjitha,[18] li jinkludi premju ta' €20,000, u wirja katalogata.[19] Il-wirja ta' Vera Molnár, (Un)Ordnung. (Dés)Ordre.[20] fil-Museum Haus Konstruktiv uriet t-tpinġijiet bikrin tagħha li qatt ma kienu esebiti qabel, mill-aħħar tas-snin sittin sal-installazzjoni l-ġdida hemmhekk, fil-mużew f’Zürich.[21][22]
Molnár inħatret Chevalier tal-Arti u l-Ittri (2007) u rebħet il-premju tal-mertu AWARE fl-2018.[23][24][25]
Molnár kienet waħda minn 213-il artist imħabbra bħala parti mid- 59 Biennale ta' Venezja fl-2022.[4] It-tema ta' dn l-edizzjoni tal- Biennale ta' Venezja kienet "Sfida l-Idea ta' 'Irġiel bħala ċ-Ċentru tal-Univers'."[26][27]
Kollezzjonijiet
immodifika- Frac Lorraine, France[28]
- Museum of Fine Arts Houston[29]
- Museum of Modern Art, New York[30]
- Museum Ritter, Waldenbuch, Ġermanja[31]
- Morgan Library & Museum[32]
- National Gallery of Art, Washington D.C.[33]
- Tate, Londra[34]
- Victoria and Albert Museum, Londra[2]
- Kunstmuseum Reutlingen | konkret
- Los Angeles Country Museum of Art[35]
Referenzi
immodifika- ^ Whiddington, Richard (2024-03-08). "A New Show in Paris Celebrates Vera Molnár's Pioneering Generative Art". Artnet News (bl-Ingliż). Miġbur 2024-03-14.
- ^ a b Museum, Victoria and Albert (13 December 1985). "Print | Molnar, Vera | V&A Explore The Collections". Victoria and Albert Museum: Explore the Collections (bl-Ingliż).
- ^ "Ars Electronica Archiv". archive.aec.at. Arkivjat minn l-oriġinal fl-27 February 2023. Miġbur 27 February 2023.
- ^ a b "VENICE BIENNALE REVEALS ARTISTS FOR 2022 EDITION". Art Forum. 2 February 2022. Miġbur 22 February 2022.
- ^ "François Molnàr | ZKM". Center for Art and Media Karlsruhe (bl-Ingliż). Miġbur 19 December 2023.
- ^ Williams, Alex (2023-12-15). "Vera Molnar, Pioneer of Computer Art, Dies at 99". The New York Times (bl-Ingliż). 173 (60006). p. B6. ISSN 0362-4331. Miġbur 2023-12-19.
- ^ "Véra Molnar : Peinture abstraite, art numérique et algorithme".
- ^ "Vera Molnár".
- ^ "FIELD x Exploring art + technology to create new formats of visual communication". Field.io. Arkivjat minn l-oriġinal fl-10 March 2016. Miġbur 5 June 2016.
- ^ "Artists :: Phase One :: Vera Molnar". DAM.org. Miġbur 5 June 2016.
- ^ "Vera Molnár, pioneering media artist, 1924–2023". ArtReview. 7 December 2023. Miġbur 7 December 2023.
- ^ "Mort de Vera Molnár, femme d'esprit et pionnière de l'art numérique". Le Figaro. 7 December 2023. Miġbur 7 December 2023.
- ^ "Vera Molnar | MoMA". Museum of Modern Art (bl-Ingliż). USA. Miġbur 31 March 2017.
- ^ Cotter, Holland (1 December 2010). "'On Line': Drawings Leap Off the Page at MoMA – Review". The New York Times. ISSN 0362-4331. Miġbur 31 March 2017.
- ^ "Senior & Shopmaker Gallery — Vera Molnar: Regarding the Infinite | Drawings 1950–1987". Seniorandshopmaker.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-30 June 2016. Miġbur 5 June 2016.
- ^ "Vera Molnar Regarding the Infinite Drawings 1950–1987". www.artnet.com. Miġbur 31 March 2017.
- ^ Whiddington, Richard (2024-03-08). "A New Show in Paris Celebrates Vera Molnár's Pioneering Generative Art". Artnet News (bl-Ingliż). Miġbur 2024-03-11.
- ^ "Vera Molnar – DDAA en". Ddaa-online.org. Miġbur 5 June 2016.
- ^ "|Ddaa| – Ddaa En". Ddaa-online.org. Miġbur 5 June 2016.
- ^ Museum Haus Konstruktiv (31 Marzu 2017). "Vera Molnár - (Un)Ordnung. (Dés)Orde". YouTube.
- ^ team, Museum Haus Konstruktiv. "VERA MOLNAR(UN)ORDNUNG. (DES)ORDRE. 2017". www.hauskonstruktiv.ch (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-1 April 2017. Miġbur 31 March 2017.
- ^ "Vera Molnar / Haus Konstruktiv Zurich". Elusive Magazine. Arkivjat minn l-oriġinal fl-1 April 2017. Miġbur 31 March 2017.
- ^ "Vera Molnar Aug 31, 2019 – Feb 9, 2020". MUA. 2 February 2022. Miġbur 22 February 2022.
- ^ "Vera Molnar". Artspace. Miġbur 22 February 2022.
- ^ "Vera Molnar". NY Art Beat. Miġbur 22 February 2022.
- ^ Vivienne Chow (2 February 2022). "The Venice Biennale's Main Exhibition Will Challenge the Idea of Men as the Center of the Universe". Artnet. Miġbur 22 February 2022.
- ^ Alex Greensberger (2 February 2022). "Venice Biennale Names 213 Artists for 'Transhistorical' 2022 Edition". Artnews. Miġbur 22 February 2022.
- ^ "Vera Molnar:Promenade (presque) aléatoire". Fonds régional d’art contemporain de Lorraine: Collection.
- ^ "Vera Molnar: Hypertransformation of 20 Concentric Squares". Museum of Fine Arts, Houston.
- ^ "Vera Molnar | MoMA". The Museum of Modern Art (bl-Ingliż).
- ^ "Vera Molnar: Sammlung Marli Hoppe-Ritter – Sammlung Marli Hoppe-Ritter". Ritter Museum (bl-Ingliż).
- ^ "Morganmobile: Order and Disorder". The Morgan Library & Museum (bl-Ingliż). 29 January 2021.
- ^ "Interruptions, 1969". National Gallery of Art: Collections.
- ^ "'Transformations 1–21', Vera Molnar, 1976". Tate.
- ^ "This Week at LACMA". Los Angeles County Museum of Art. 5 February 2023.