Unione Politica Maltese

partit politiku Malti

L-Unione Politica Maltese (bil-Malti: Unjoni Politika Maltija, bl-Ingliż: Maltese Political Union) kienet partit politiku f'Malta. Għalkemm l-ismijiet bil-Malti u bl-Ingliż kienu jintużaw kollokjalment, il-partit kien magħruf uffiċjalment bl-isem bit-Taljan

Il-partit twaqqaf fl-1920 b’għaqda tal-Assoċjazzjoni Politika Maltija (magħrufa bl-isem Taljan Associazione Politica Maltese) u l-Kumitat Patrijottiku (magħruf ukoll bl-isem Taljan: Comitato Patriottico).[1] Fir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-1921 ħareġ bħala l-akbar partit fil-Parlament u l-mexxej tiegħu Joseph Howard sar l-ewwel Prim Ministru tal-pajjiż.[1] Tnejn mill-aktar politiċi popolari fi ħdan il-partit kienu Enrico Dandria u Ignazio Panzavecchia, it-tnejn saċerdoti kattoliċi li jirrappreżentaw lill-partit fil-Parlament.

L-elezzjonijiet tal-1924 raw lill-partit inaqqas l-preżenza tiegħu fil-parlament għal għaxar siġġijiet, u kellu jifforma koalizzjoni mal- Partit Demokratiku Nazzjonalista biex jibqa’ fil-poter. Fl-1926 iż-żewġ partiti ngħaqdu biex jiffurmaw il-Partit Nazzjonalista.[1]

Fl-1947 il-Partit Azzjoni Demokratika twaqqaf bħala attentant biex jitqajjem mll-ġdid il-partit tal-Unjoni Politika Maltija.[2]

Ideoloġija

immodifika

Il-partit kien jagħfas l-aktar fuq l-idea ta' awto-gvern magħrufa ukoll bħala self-government. Fittex ukoll li jagħti lill-lingwa Taljana status ugwali mal-Ingliż fl-edukazzjoni. Iddefenda wkoll il-poteri tal-knisja Kattolika.[1]

Rizultati elettorali

immodifika

Assemblea Leġiżlattiva

immodifika
Elezzjoni Kap Voti % Siġġijiet +/– Pożizzjoni Status
1921 Joseph Howard 7,999 39.07
14 / 32
- 1 Gvern ta' minoranza
1924 Francesco Buhagiar 6,553 27.23
10 / 32
 4  2 Gvern ta' koalizzjoni
Elezzjoni Kap L-ewwel preferenza It-tieni preferenza Siġġijiet eletti Pożizzjoni Status
Voti % Voti %
1921 Joseph Howard 1,611 57.95 1,635 63.25
4 / 7
1 Gvern

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d Vincent E McHale (1983) Political parties of Europe, Greenwood Press, p.634 ISBN 0-313-23804-9
  2. ^ McHale, p631