Ugo Grozju, magħruf ukoll bħala Huig de Groot (twieled fl-10 ta' April 1583 – miet fit-28 ta' Awwissu 1645) kien ġurista, filosfu u kittieb Netherlandiż.

Ugo Grozju
Pensionary (en) Translate

1613 - 1618
ambaxxatur

Ħajja
Isem propju Hugo Grocio, Hugo Grotius eller Hugo de Groot
Twelid Delft, 10 April 1583, 1583
Nazzjonalità Repubblika tal-Pajjiżi l-Baxxi
Mewt Rostock, 28 Awwissu 1645
Post tad-dfin Nieuwe Kerk Delft (en) Translate
Familja
Missier Jan Cornets de Groot
Omm Aeltje van Overschie
Konjuga/i Maria van Reigersberch (en) Translate  (1608 -
Ulied
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Leiden
Lingwi Latin
Olandiż
Għalliema Jacob Lasson (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
drammaturgu
international law scholar (en) Translate
politiku
diplomatiku
storiku
filosofu
teologu
avukat
għalliem fl-università
kittieb
filosfu tad-dritt
legal scholar (en) Translate
ġurist
Post tax-xogħol Pariġi
L-Aja

Ħadem bħala ġurista fil-Provinċji Uniti (il-lum in-Netherlands) u bena s-sisien tad-Dritt Internazzjonali, ibbażat fuq id-Dritt Naturali. Kien ukoll filosfu, kittieb tat-teatru, u poeta.

Bijografija

immodifika

Fil-ktieb tiegħu Mare Liberum, Ugo Grozju ifformula l-prinċipju innovattiv li l-baħar huwa territorju internazzjonali u li l-ġnus kollha huma liberi li jikkummerċjaw f'rotot marittimi. Grozju meta ħabbar il-“libertà tal-ibħra” ta ġustifikazzjoni ideoloġika għall-ksur ta' xi monopolji kummerċjali min-naħa tal-flotta Olandiża (li mbagħad għaddiet biex tistabbilixi dawk tagħha).

L-Ingilterra, li kienet qed tissielet mal-Olandiżi ħalli tikseb qagħda fuqana fil-kummerċ dinji, opponietha din l-idea, u ħabbret is-sovranità tagħha fuq l-ibħra madwar il-Gżejjer Brittanniċi. Fil-Mare clausum (1635) John Selden ittanta juri kif kien possibbli li l-ibħra tagħmilhom tiegħek, hekk kif jiġri bl-artijiet. Billi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ibħra kien hemm bosta kontroversji, l-Istati li jagħtu fuq il-baħar iddeċidew li jinvokaw il-prinċipju li l-baħar huwa estensjoni tat-terraferma. Fil-fatt, instabet soluzzjoni min-naħa ta' Cornelius Bynkershoek li fid-De dominio maris (1702) issuġġerixxa li d-dominju fuq l-ibħra kien limitat għal dak li seta' jintlaqat minn kanun li jkun fuq it-terraferma (jiġifieri, l-ibħra biss li jistgħu jiġu difiżi mill-art). Din ir-regola ntlaqgħet universalment u kienet imtejba mill-hekk-imsejjaħ limitu ta' tliet mili.

Aktar tard, din it-tilwima kellha implikazzjonijiet ekonomiċi siewja. Ir-Repubblika Olandiża kien isostni l-idea tal-iskambju liberu (minkejja li kienet imponiet il-monopolju tagħha fuq il-kummerċ tan-noċemuskata u tal-imsiemer tal-qronfol fuq il-Gżejjer Molukki). L-Ingilterra, mill-banda l-oħra, fl-1651 għaddiet in-Navigation Act, li bih ippermettiet li fil-pajjiż jidħlu biss il-prodotti trasportati mill-bastimenti Ingliżi. Dan wassal għall-ewwel gwerra Anglo-Olandiża (1652 - 1654).

 
Mafkar Ugo Grozju

Grozju kien sostenitur tal-Istati Ġenerali Olandiżi, u għalhekk kontra l-istatolder Mawrizju ta' Nassau, bin Gulielmu I d'Orange (Gulielmu s-Sieket). Safa arrestat minn Mawrizju nhar id-29 ta' Awwissu 1618, flimkien ma' Johan van Oldenbarnevelt. Wara proċess sommarju, Van Oldenbarnevelt safa kkundannat għall-mewt u ġġustizzjat, filwaqt li Grozju safa kkundannat għomru l-ħabs fil-Kastell ta' Loevenstein. Fl-1621 irnexxielu jaħrab billi nħeba f'senduq għall-kotba, u stkenn Pariġi. Fl-Olanda huwa magħruf l-aktar għal dil-ħarba rokamboleska tiegħu. Kemm il-Rijksmuseum f'Amsterdam, kemm il-Het Prinsenhof f'Delft jisħqu li għandhom is-senduq oriġinali.

Grozju għex fi żmien il-gwerra tat-Tmenin Sena bejn Spanja u l-Pajjiżi l-Baxxi u l-gwerra tat-Tletin Sena bejn il-ġnus Ewropej Protestanti u dawk Kattoliċi. Mhux tal-għaġeb għalhekk li kien interessat fit-tilwim bejn il-ġnus u wkoll dak bejn ir-reliġjonijiet. Kien Kalvinista moderat u kellu ħafna kuntatti mad-dinja Kattolika u saħansitra kien jittama li għad ikun hemm riunifikazzjoni tal-Knejjes Insara. Fl-1625 ippubblika l-ktieb De iure belli ac pacis (Il-Liġijiet tal-Gwerra u tal-Paċi), fejn ippreżenta t-teorija tal-gwerra ġusta u saħaq li kull ġens kien marbut bil-prinċipji tad-Dritt Naturali.

Kittieba bħal Bayle u Valletta jgħidu li kkonverta għall-Kattoliċeżmu hu u jmut.

Grozju għandu asterojde msemmi għalih: 9994 Grotius

It-Teorija tal-"Kuntratt Soċjali"

immodifika
 
Annotationes ad Vetus Testamentum, 1732

Grozju hu meqjus, flimkien ma' Francisco de Vitoria, bħala missier id-Dritt Naturali fl-epoka moderna. Barra minn hekk, fil-ktieb tiegħu De iure belli ac pacis hemm kwadru sħiħ tat-tendenzi li mbagħad wasslu għar-razzjonaliżmu modern.

Waħda mit-teoriji ġusfilosofiċi l-aktar importanti fformulati minn Grozju kienet dik tal-"kuntratt soċjali"', jiġifieri li l-istat tan-natura jidderiva minn tendenza tal-bniedem li jasal li jistitwixxi flimkien ma' dawk bħalu forma determinata ta' komunità politika, paċifika u konkordi ( appetitus societatis ).

Il-kuntratt soċjali jitwettaq meta l-istat tan-natura jsir imprattikabbli, vjolenti u insigur minħabba li jkunu tkattru l-ħtiġiet, naqsu r-rikezzi disponibbli u fiġġew l-istinti egoistiċi.

F'dan il-każ, il-bnedmin, minħabba li jkun hemm utilità komuni, jgħaddu mill-istat tan-natura għall-istat ċivili u jittrasferixxu lil sovran, permezz ta' patt, il-poter li jista' jġib bil-koerċizzjoni r-rispett għall-isfera ta' interessi ta' kull individwu, li jżomm l-ordni soċjali u l-paċi.

Dan il-kuntratt, li fih jiġu ffissati l-jeddijiet tal-wieħed u l-poteri tas-sovran, joħloq l-Istat u l-poter tiegħu kif ukoll iż-żewġ sferi distinti tad-Dritt Pubbliku u d-Dritt Privat. L-Istat jiġi konċepit minn Grozju bħala makroindividwu li jista', bħal individwu, iżomm relazzjonijiet mal-bnedmin b'mod differenti mill-polis griega jew mill-corpora medjevali. Din l-idea akkumpanjat l-iżvilupp tal-borgeżija u ttraduċiet ruħha fl-idea ġusnaturalistika li tgħid li l-bniedem għandu l-istrumenti neċessarji ħalli jsir jaf u b'hekk jiddomina d-dinja permezz tal-kixfiet u sejbiet xjentifiċi l-ġodda.

Il-Verità tar-Reliġjon Nisranija

immodifika

Ugo Grozju kiteb kiteb li fih ħabbar li jħaddan il-Kristjaneżmu, bl-isem De veritate religionis Christianae, ippubblikat fl-1632, li ġie tradott mil-Latin fl-Ingliż, Għarbi, Persjan u Ċiniż minn Edward Pococke. Intuża mill-missjunarji fl-Orjent u baqa' jiġi stampat sa tmiem is-seklu XIX. Kien l-ewwel ktieb ta' apoloġija Nisranija u kien maqsum f'sitt partijiet. Parti mit-test hi dwar il-kwestjoni emerġenti tal-konsapevolezza storika tal-awtorità u l-kontenut tal-Vangeli kanoniċi. Partijiet oħrajn kienu jirrigwardaw ir-reliġjonijiet pagani, l-Ebrajiżmu u l-Islam. Dak li jagħżel lil dan ix-xogħol minn oħrajn fl-ambitu tal-apoloġetika Nisranija huwa r-rwol ta' prekursur ta' wħud mill-problemi li fiġġew fid-deiżmu tas-seklu XVIII, u li Grozju kien l-ewwel wieħed li ddefenda l-fidi Nisranija fil-kamp tal-apoloġetika legali jew ġuridika.