UEFA Nations League

Il-UEFA Nations League hija kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol li se tintlagħab mit-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-assoċjazzjonijiet membri tal-UEFA.[1] L-ewwel kampjonat se jibda f'Settembru tal-2018, wara t-Tazza tad-Dinja 2018, u r-rebbieħ se jiġi deċiż f'Ġunju tal-2019. Il-kompetizzjoni se tieħu post il-biċċa l-kbira tal-logħbiet ta' ħbiberija internazzjonali li attwalment jintlagħbu fil-kalendarju internazzjonali tal-FIFA.

UEFA Nations League
Staġun jew kompetizzjoni attwali:
UEFA Nations League 2018–19
Sport Futbol
Fundazzjoni 2018
Nru. ta' timijiet 55
Reġjun Ewropa (UEFA)
Sit elettroniku Sit Uffiċjali

Adozzjoni

immodifika

F'Ottubru 2013, il-President tal-Federazzjoni tal-futbol tan-Norveġja Yngve Hallén ikkonferma li saru taħdidiet sabiex isir it-tielet kampjonat internazzjonali għall-membri tal-UEFA, però kienu għadu f'fażi bikrija.[2]

Il-kunċett tal-UEFA Nations League jara lit-timijiet nazzjonali tal-55 membru tal-UEFA maqsum f'serje ta' gruppi skont klassifika mibnija mir-riżultati riċenti, fejn jiġu promossi u relegati fi gruppi oħrajn skont ir-riżultati fil-grupp tagħhom.[3] Ġie propost li dan il-kampjonat jintlagħab f'dati fil-kalendarju internazzjonali li huma allokati għal-logħbiet ta' ħbiberija, u mhuwiex se jaffettwa t-Tazza tad-Dinja jew il-Kampjonati Ewropej.[4]

F'Marzu tal-2014, is-segretarju ġenerali tal-UEFA Gianni Infantino stqarr li wieħed mill-benefiċċji tal-proposta kien sabiex jgħin lill-assoċjazzjonijiet nazzjonali inqas stmati sabiex jilgħabu kontra timijiet ta' profil għoli anke f'logħbiet li mhumiex ta' kwalifikazzjoni, minħabba li ġeneralment fil-logħbiet ta' ħbiberija kienu jilgħabu timijiet tal-istess livell.[4] Iċ-ċermen tal-Football Association Ingliża Greg Dyke ddikjara li l-proposta hija "attraenti ħafna", hekk kif it-tim nazzjonali Ingliż seta' jilgħab kontra timijiet nazzjonali tal-ogħla livell.[4] Is-segretarju ġenerali tal-Federazzjoni Belġjana Steven Martens qal li timijiet klassifikati fil-baxx setgħu jibbenefikaw minn iktar dħul finanzjarju grazzi għaċ-ċentralizzazzjoni tad-drittijiet televiżivi mill-UEFA.[5]

Il-UEFA Nations League ġiet uffiċjalment adotta mill-54 assoċjazzjoni membru tal-UEFA (il-Kosovo kien għadu mhuwiex membru) fit-38 Kungress Ordinarju tal-UEFA li sar f'Astana, il-Każakistan, fis-27 ta' Marzu 2014.[1]

Skont il-format approvat,[1][6] il-55 tim nazzjonali tal-UEFA se jiġu maqsuma f'erba' diviżjonijiet: 12-il tim f'Diviżjoni A, 12-il tim f'Diviżjoni B, 15-il tim f'Diviżjoni Ċ u 16-il tim f'Diviżjonii D. F'kull diviżjoni, erba' gruppi jiġu ffurmati bi tlieta jew erba' timijiet f'kull grupp, u kull wieħed minnhom jilgħabu kontra xulxin ġewwa u barra darhom.

Fl-ogħla diviżjoni, kull rebbieħ tal-erba' gruppi jikkwalifikaw biex jilgħabu fil-finali, b'żewġ semifinali u finali sabiex jiddetermina r-rebbieħa tal-UEFA Nations League. Timijiet jistgħu jiġu promossi u relegati għal diviżjonijiet ogħla jew inqas. Kull rebbieħ tal-grupp awtomatikament jiġi promoss għad-diviżjoni superjuri għall-edizzjoni sussegwenti. Kull tim li jispiċċa l-aħħar fil-grupp awtomatikament jiġi relegat għad-diviżjoni inferjuri.

Il-UEFA Nations League se jkollha wkoll x'taqsam mal-kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej (EURO). Din il-kompetizzjonii se toffri erba' postijiet għall-fażi finali tal-kampjonat storiku kontinentali. Il-kompetizzjoni u l-emendi proposti għall-format tal-kwalifikazzjoni, li se jiġu attwati għall-Kampjonati Ewropej tal-2020, huma frott ta' proċess konsultattiv li beda fl-2011 mal-federazzjonijiet tal-futbol tal-UEFA. Il-format ta' kwalifikazzjoni għall-EURO se jibqa' l-istess, però se jagħti biss 20 mill-24 post validu għall-fażi finali, bl-erba' postijiet l-oħra jiġu mill-UEFA Nations League.

Tim minn kull diviżjoni tal-kampjonat il-ġdid se jkollu d-dritt li jikkwalifika għall-Kampjonati Ewropej. Dawn se jiġu stabbiliti b'erba' logħbiet tal-play-offs li jintlagħbu fix-xahar ta' Marzu tal-istess sena tal-Kampjonati Ewropej. Jekk rebbieħ ta' diviżjoni jkun diġà kkwalifika b'mod dirett grazzi għall-fażi ta' kwalifikazzjoni, postu jieħdu l-ewwel tim li ma jkunx ikkwalifika skont il-post fil-klassifika gradwatorja.

Edizzjonijiet

immodifika
Staġun Pajjiż ospitanti Finali Finali għat-tielet post
Rebbieħ Riżultat Finalista tellief It-tielet post Riżultat Ir-raba' post
2018–19
Dettalji

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ UEFA, ed. (27 ta' Marzu 2014). "UEFA Nations League receives green light" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Lars Hojem Kvam (9 ta' Ottubru 2013). Dagbladet (ed.). "Hva om Ronaldo, Özil, Balotelli og Pique møtes til ligaspill – med sine landslag?" (bin-Norveġiż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Owen Gibson (10 ta' Ottubru 2013). The Guardian (ed.). "Uefa explores internationals shake-up with Nations League plan" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ a b ċ BBC Sport, ed. (26 ta' Marzu 2014). "Nations League: New European tournament to be confirmed" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ Gazet van Antwerpen, ed. (26 ta' Marzu 2014). "Nations League moet nieuwe mijlpaal in Europese voetbal worden" (bl-Olandiż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ UEFA, ed. (27 ta' Marzu 2014). "UEFA Nations League: all you need to know" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

immodifika