Turu Colombo

Tabib, politiku u missjonarju Malti

Arturo Colombo (2 Awwissu 1905 – 17 Frar 1978) magħruf aħjar bħala Turu Colombo kien tabib, politiku, u missjunarju.

Turu Colombo
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

1947 - 1951
ministru tal-finanzi

1947 - 1950
Ħajja
Twelid 2 Awwissu 1905
Mewt 17 Frar 1978
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni tabib
politiku
saċerdot
Impjegaturi Knisja Kattolika  (1953 -  1973)

Ħadem bħala Segretarju Propaganda tal-Partit Laburista u fl-1945 kien elett fil-Kunsill tal-Gvern. Kien editur tal-ġurnal Laburista The Dawn.

Fl-1947, inħatar Ministru tal-Finanzi, Dwana u Portijiet fl-ewwel gvern Laburista. Huwa ħadem biex daħlet il-Pensjoni għax-Xjuħ, togħla l-Paga Minima, tidħol l-Income Tax u jingħata sussidju lill-familji fejn kien hemm il-mard tat-tuberkolożi.

Wara l-isplit tal-Partit Laburista, huwa ħareġ mal-Partit ta' Boffa fl-1950 u tela', iżda ftit wara rriżenja mill-Parlament u daħal Franġiskan Kapuċċin u kien ordnat saċerdot fl-1953 fil-Katidral ta' Milan mill-Kardinal Schuster. Fl-1955, mar l-Awstralja fejn organizza l-komunità Maltija ta' Sydney. Għamel żmien missjunarju fl-Etijopja u l-Indja.

Fis-sebgħinijiet, ħa d-dispensa u ġie lura Malta u reġa' pprova jidħol fix-xena politika imma ma kellux suċċess.

Dr. Colombo miet fis-17 ta' Frar 1978.

Hemm triq misraħ imsemmi għalih fil-Ġżira.