Tserkva ta' Santa Marija Omm Alla, Chotyniec

knisja tal-injam tas-seklu 17 f'Chotyniec, il-Polonja

It-Tserkva ta' Santa Marija Omm Alla, Chotyniec hija tserkva (knisja) Gotika tal-injam tas-seklu 17 li tinsab fil-villaġġ ta' Chotyniec, il-Polonja, u flimkien ma' 15-il tserkva (knisja) tal-injam tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna oħra hija Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]

It-Tserkva ta' Santa Marija Omm Alla, Chotyniec, il-Polonja

L-ewwel dokumentazzjoni li turi l-eżistenza tat-tserkva tmur lura għall-1671. It-tserkva hija waħda minn bosta knejjes tal-injam attivi fil-Polonja tal-Knisja Kattolika Ortodossa Griega Ukrena, li ħelsitha ħafif mit-Tieni Gwerra Dinjija u mit-trasferimenti sussegwenti tal-popolazzjoni Pollakka. Il-knisja tal-injam sarulha diversi rinnovazzjonijiet u ġiet rikostruwita fl-1733, fl-1858, u fl-1925. Wara l-Operazzjoni Vistula tal-1947 (l-ispostament ta' minoranzi Ukreni 'l barra mir-Repubblika tal-Poplu Pollakk), il-knisja tal-injam ingħalqet, u ġiet ittrasformata fi Knisja Kattolika Rumana. Fis-snin 80 tas-seklu 20, it-tserkva ngħalqet minħabba l-qagħda strutturali mwiegħra tagħha. Fl-1990, is-sjieda tat-tserkva reġgħet għaddiet għand is-sidien preċedenti u reġgħet ġiet ittrasformata f'tserkva tal-Knisja Kattolika Ortodossa Griega Ukrena. Bejn l-1991 u l-1994, it-tserkva saritilha rinnovazzjoni kumplessa, l-iktar bl-għajnuna taċ-ċittadini lokali tal-parroċċa.[2]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

It-Tserkva ta' Santa Marija Omm Alla f'Chotyniec hija waħda minn 16-il Tserkva tal-Injam tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna li ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO fl-2013.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Wooden Tserkvas of the Carpathian Region in Poland and Ukraine". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-22.
  2. ^ Parma, Christian (2018). Poland Unesco World Heritage Sites (bl-Ingliż). pp. 158–177. ISBN 978-8377771556.