Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland

Sit naturali ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Awstralja

It-Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO magħmul minn madwar 8,940 km2 ta' foresti tropikali mistagħdra Awstraljani li jinsabu tul il-parti tal-Grigal ta' Queensland tal-katina muntanjuża magħrufa bħala Great Dividing Range.[1] It-Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland tniżżlu bħala Sit naturali ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988, u fil-21 ta' Mejju 2007 żdiedu mal-Lista tal-Wirt Nazzjonali tal-Awstralja.[2][3]

Foresta fil-Park Nazzjonali ta' Daintree

Il-foresti tropikali għandhom l-ogħla konċentrazzjoni fid-dinja ta' familji ta' pjanti primittivi li jarmu l-fjuri.[4] Il-Madagascar u New Caledonia biss, minħabba l-iżolament storiku tagħhom, għandhom reġjuni tropikali umdużi b'livell paragunabbli ta' endemiżmu.[2]

It-Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland huma rikonoxxuti fuq livell internazzjonali għall-foresti primordjali tagħhom u għal bosta pjanti u annimali uniċi li jgħixu fihom u li ma jinstabu mkien iktar fid-dinja. It-Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland għandhom l-eqdem foresti tropikali ħajjin kontinwament fid-dinja.[5]

Indiġeni

immodifika

Fid-9 ta' Novembru 2012, il-Gvern Awstraljan irrikonoxxa wkoll il-wirt tal-Indiġeni taż-żona bħala ta' importanza nazzjonali. L-Aboriġini tal-foresti tropikali tat-Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland għexu kontinwament fl-ambjent tal-foresti tropikali għal mill-inqas 5,000 sena. Dan huwa l-unika post fl-Awstralja fejn l-Aboriġini abitaw ambjent ta' foresta tropikali b'mod permanenti.[6]

Ġeografija

immodifika
 
Mappa tat-Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland

It-Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland jestendu parzjalment minn Townsville sa Cooktown, u jimxu kważi b'mod parallel mal-Iskoll il-Kbir tal-Qroll (Sit ta' Wirt Dinji ieħor tal-UNESCO).[7][8]

L-art mhijiex watja. Il-katina muntanjuża tal-Great Dividing Range u għadd ta' ktajjen muntanjużi kostali żgħar, artijiet għoljin, artijiet ta' qabel l-għoljiet u rdum jiddominaw il-pajsaġġ.

Is-Sit ta' Wirt Dinji fih is-sezzjoni tat-Tramuntana tal-foresti tropikali ta' Queensland, inkluż il-foresti tropikali tal-Park Nazzjonali ta' Daintree. B'kollox ġew identifikati 16-il tip strutturali differenti ta' foresti tropikali.[9][10]

Barra minn hekk, hemm ukoll l-ogħla kaskati tal-Awstralja, il-Kaskati ta' Wallaman. B'kollox tmiss ma' 13-il sistema maġġuri tax-xmajjar, fosthom Annan, Bloomfield, Daintree, Barron, Mulgrave, Russell, Johnstone, Tully, Herbert, Burdekin, Mitchell, Normanby u Palmer River. Tliet digi famużi li jinsabu fis-sit huma d-Diga tal-Kaskati ta' Copperlode, id-Diga ta' Koombooloomba u d-Diga ta' Paluma.[10]

Żoni protetti

immodifika
 
Veduta panoramika tal-Park Nazzjonali ta' Barron Gorge

15 % taż-żona hija protetta bħala park nazzjonali. Fost il-parks nazzjonali inklużi fit-Tropiċi Mistagħdra ta' Queensland hemm:[9]

  • il-Park Nazzjonali ta' Barron Gorge[11]
  • il-Park Nazzjonali ta' Black Mountain (Kalkajaka)[12]
  • il-Park Nazzjonali ta' Cedar Bay (Mangkalba)[13]
  • il-Park Nazzjonali ta' Daintree[14]
  • il-Park Nazzjonali ta' Edmund Kennedy[15]
  • il-Park Nazzjonali ta' Girringun[16]
  • il-Park Nazzjonali ta' Kirrama[17]
  • il-Park Nazzjonali ta' Kuranda[18]
  • il-Park Nazzjonali ta' Macalister Range[19]
  • il-Park Nazzjonali ta' Wooroonooran[20]

u iżjed minn 700 żona protetta li jinkludu art b'sjieda privata.

L-Awtorità tal-Ġestjoni tat-Tropiċi Mistagħdra ġiet stabbilita fl-1983. Din l-awtorità hija responsabbli għall-ġestjoni tas-sit skont l-obbligi tal-Awstralja skont il-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji. L-awtorità impjegat 20 persuna fl-2012 bħala persunal fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni tal-Ambjent u tal-Wirt. Titmexxa minn bord ta' diretturi responsabbli għall-Kunsill Ministerjali tat-Tropiċi Mistagħdra li fih rappreżentanti kemm ta' Queensland kif ukoll tal-Gvern Federali.[21]

 
Il-Kaskati ta' Josephine, il-Park Nazzjonali ta' Wooroonooran

Is-sit fih bosta karatteristiċi uniċi, pereżempju iktar minn 390 speċi ta' pjanti rari, fosthom 74 speċi mhedda. Hemm mill-inqas 85 speċi li huma endemiċi għaż-żona, 13-il tip differenti ta' foresti tropikali u 29 speċi ta' mangrovji, li huwa ferm iktar minn kwalunkwe post ieħor fil-pajjiż. Mid-19-il familja ta' pjanti primittivi li jarmu l-fjuri, 12 jinsabu fit-Tropiċi Mistagħdra, inkluż żewġ familji li ma jinsabu mkien iktar. Barra minn hekk hemm mill-inqas 50 speċi individwali li huma endemiċi għaż-żona.[22]

Ġew innutati 90 speċi ta' orkidej.[23] Is-siġar kbar rari tal-iStockwellia quadrifida (Myrtaceae) jikbru biss f'żoni ristretti ta' "foresti tropikali żviluppati sew fil-għoli" fit-Tropiċi Mistagħdra.[24] Għadhom jeżistu llum il-ġurnata bħala dixxendenti ta' speċijiet fossilizzati ta' Gondwana, jew simili ħafna għalihom, u jitqiesu bħala wħud mill-antenati ffossilizzati tal-ewkaliptu, li ddiversifikaw f'tant forom ta' speċijiet differenti tal-pjanti attwali kollha tal-ewkaliptu. 65 % tal-ispeċijiet tal-felċi tal-Awstralja huma protetti fis-sit, inkluż is-seba' speċijiet ta' felċi antiki.[25]

Tipi ta' annimali Speċijiet Speċijiet endemiċi Ġeneri monotipiċi
Għasafar 370 11 0
Mammiferi 107 11 2
Rettili 113 24 3
Anfibji 51 22 0
Sorsi:[1][26]

Fiż-żona ġew irreġistrati 370 speċi ta' għasafar. 11-il speċi minnhom ma jinsabu mkien iktar.[23]

Il-cassowary tan-Nofsinhar (Casuarius casuarius) u l-quoll tad-denb bit-tikek huma wħud mill-ispeċijiet mhedda u rari ta' għasafar, filwaqt li l-far-kangaroo (Hypsiprymnodon moschatus) huwa wieħed mill-50 speċi ta' annimali uniċi taż-żona. Dan tal-aħħar huwa sinifikanti peress li jirrappreżenta stadju bikri fl-evoluzzjoni tal-kangaroos. Fost l-annimali rari hemm diversi speċijiet tal-volpi jtir u l-bettong. Ġew identifikati 107 speċi ta' mammiferi. L-iżjed annimali rari tal-Awstralja, il-farfett il-lejl ta' Flores (Murina florium) insettivoru jinsab f'dan is-sit ukoll. Kwart mill-ispeċijiet ta' rodituri tal-Awstralja jinsabu fit-Tropiċi Mistagħdra.[25]

 
Il-far-kangaroo

113-il speċi ta' rettili, inkluż 24 speċi endemiċi jgħixu fiż-żona flimkien ma' 51 speċi ta' anfibji, 22 minnhom endemiċi. Raġuni waħda għal-livell għoli ħafna ta' endemiżmu hi li l-ġeomorfoloġija hija diversa ħafna, u dan jirriżulta f'ħabitats iżolati fejn evolvew sottospeċijiet distinti. Xi speċijiet huma endemiċi għal muntanji jew grupp ta' muntanji speċifiċi.[27]

Ix-xita fiż-żona tvarja b'mod konsiderevoli skont l-elevazzjoni u l-orjentazzjoni tax-xatt tal-kosta, li huma l-iżjed influwenzi maġġuri. Il-medja tax-xita tvarja minn 1,200 millimetru (mm) għal iktar minn 8,000 mm kull sena. L-ogħla muntanji tul l-irdumijiet bejn Cairns u Tully jirċievu l-iktar xita, l-iżjed minħabba fatturi orografiċi. Il-muntanja Bellenden Ker fiha l-iżjed stazzjon ta' reġistrazzjoni tat-temp fejn l-iktar tinżel xita fiż-żona qalb il-qċaċet għoljin l-oħra u x-xaqlibiet fil-Lvant fejn xorta tinżel ħafna xita. Il-biċċa l-kbira tax-xita tinżel minn Novembru sa April. Iż-żona ġieli tiġi affettwata wkoll minn ċikluni tropikali.[10]

Theddidiet ambjentali

immodifika

L-espansjoni tal-industrija tal-kannamiela fl-artijiet baxxi tal-pjanuri hija theddida sinifikanti għal uħud mill-ekosistemi. Uħud huma frammentati u l-veġetazzjoni naturali tagħhom hija degradata. L-ispeċijiet invażivi ta' organiżmi qerrieda huma tħassib ieħor flimkien mal-frammentazzjoni interna minħabba t-toroq u l-arbli tad-dawl. L-ispeċijiet ta' insetti u baqq huma ta' tħassib partikolari minħabba li wħud minnhom diffiċli tinduna bihom. Xi żoni huma magħluqin għall-pubbliku ġenerali biex tiġi evitata l-introduzzjoni tal-Phytophthora. Il-cassowary tan-Nofsinhar spiss jinqatel mill-karozzi li jgħaddu minn ġol-parks.[27]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Wet Tropics of Queensland". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-03.
  2. ^ a b "Steve Goosen & Nigel I. J. Tucker (1995). "Wet Tropics Overview" (PDF). Repairing the Rainforest: Theory and Practice of Rainforest Re-establishment in North Queensland's Wet Tropics. Wet Tropics Management Authority" (PDF).
  3. ^ "World Heritage Places - Wet Tropics of Queensland - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-05-03.
  4. ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and (2009-12-02). "Wet Tropics". Parks and forests | Department of Environment and Science, Queensland (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-03.
  5. ^ "World Heritage Values | Wet Tropics Management Authority". www.wettropics.gov.au. Miġbur 2022-05-03.
  6. ^ "World Heritage Places - Wet Tropics of Queensland - DAWE". www.awe.gov.au. Miġbur 2022-05-03.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Great Barrier Reef". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-03.
  8. ^ Reid, Greg (2004). Australia's National and Marine Parks: Queensland. South Yarra, Victoria: Macmillan Education Australia. p. 13. ISBN 0-7329-9053-X.
  9. ^ a b "Queensland tropical rainforests". Encyclopedia of Earth. Environmental Information Coalition, National Council for Science and the Environment. 2012.
  10. ^ a b ċ McDonald, Geoff; Marcus B. Lane (2000). Securing the Wet Tropics?: A Retrospective on Managing Australia's Tropical Rainforests. Federation Press. pp. 17–19. ISBN 1862873496.
  11. ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and (2006-09-08). "Barron Gorge National Park". Parks and forests | Department of Environment and Science, Queensland (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-03.
  12. ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and (2009-10-20). "Kalkajaka National Park (CYPAL)". Parks and forests | Department of Environment and Science, Queensland (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-03.
  13. ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and (2009-11-03). "Mangkalba (Cedar Bay), Ngalba Bulal National Park". Parks and forests | Department of Environment and Science, Queensland (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-03.
  14. ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and (2010-01-28). "Daintree National Park (CYPAL)". Parks and forests | Department of Environment and Science, Queensland (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-03.
  15. ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and (2010-06-07). "Edmund Kennedy, Girramay National Park". Parks and forests | Department of Environment and Science, Queensland (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-03.
  16. ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and (2010-07-08). "Girringun National Park". Parks and forests | Department of Environment and Science, Queensland (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-03.
  17. ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and (2009-10-19). "Kirrama National Park". Parks and forests | Department of Environment and Science, Queensland (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-03.
  18. ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and (2006-03-20). "Kuranda National Park and Mowbray National Park". Parks and forests | Department of Environment and Science, Queensland (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-03.
  19. ^ "Macalister Range National Park (Department of National Parks, Sport and Racing)". web.archive.org. 2016-04-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-03. Miġbur 2022-05-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  20. ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and (2010-05-31). "Wooroonooran National Park". Parks and forests | Department of Environment and Science, Queensland (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-03.
  21. ^ "Wet Tropics Management Authority | Wet Tropics Management Authority". www.wettropics.gov.au. Miġbur 2022-05-03.
  22. ^ World heritage forests: the world heritage convention as a mechanism for conserving tropical forest biodiversity. CIFOR. 1999. p. 36. ISBN 9798764234.
  23. ^ a b Riley, Laura and William (2005). Nature's Strongholds: The Worlds' Great Wildlife Reserves. Princeton, New Jersey: Princeton University Press. pp. 599–600. ISBN 0-691-12219-9.
  24. ^ "Stockwellia quadrifida". apps.lucidcentral.org. Miġbur 2022-05-03.
  25. ^ a b Breeden, Stanley (1992). Visions of a Rainforest: A year in Australia's tropical rainforest. Illustrated by William T. Cooper. Foreword by Sir David Attenborough. (1st ed.). East Roseville: Simon & Schuster Australia. ISBN 0-7318-0058-3.
  26. ^ "Endemic and rare species | Wet Tropics Management Authority". www.wettropics.gov.au. Miġbur 2022-05-03.
  27. ^ a b Stork, Nigel E. (2005). "The Theory and Practice of Planning for Long-term Conservation of Biodiversity in the Wet Tropics Rainforests of Australia". In Bermingham, Eldredge; Dick, Christopher W.; Moritz, Craig (eds.). Tropical Rainforests: Past, Present, and Future. University of Chicago Press. pp. 522–523. ISBN 0226044688.