Torri ta' Xutu
It-Torri ta' Xutu, magħrufa wkoll bħala t-Torru ta' Xuta jew it-Torri ta' Wied iż-Żurrieq, huwa torri tal-għassa żgħir fil-Qrendi, Malta. Il-bini tiegħu tlesta fl-1638 bħala l-ħames torri ta' Lascaris. Fit-tieni deċenzju tas-seklu 21, it-torri ġie restawrat minn Din l-Art Ħelwa.
Data meta nħoloq | 1638 |
---|---|
Pajjiż | Malta |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Qrendi |
Koordinati | 35°49′10″N 14°27′13″E |
Propjetarju | Gvern ta' Malta |
Ikkummissjonat minn | Ordni tal-Kavallieri Ospitalieri ta' San Ġwann |
Operatur | Din l-Art Ħelwa |
Deżinjazzjoni bħala wirt | Grad 1 |
Indirizz stradali | Triq Congreve, Wied iż-Żurrieq |
Storja
immodifikaIt-Torri tas-Xuru inbena bejn l-1637 u l-1638 f'Wied iż-Żurrieq, u jinsab fil-konfini tal-Qrendi, fuq is-sit ta' post ta' għassa medjevali.[1] Huwa serva bħala l-prototip għat-torrijiet De Redin, li nbnew bejn l-1658 u 1659.[2]
Wara li l-Ingliżi ħadu Malta f'idejhom fl-1800, it-Torri ta' Xutu baqa' jintuża u kien immexxi mir-Royal Malta Fencible Regiment u aktar tard mir-Royal Malta Fencible Artillery. Kien ġie abbandunat fl-1873 iżda kien immexxi mill-Pulizija tal-Kosta għal darb'oħra matul it-Tieni Gwerra Dinjija. It-torri sussegwentement intuża bħala għassa tal-pulizija sal-2002.
Kanun oriġinali, minn żmien l-Ordni, għadu jinsab fuq il-bejt tat-torri.
Illum
immodifikaF'Marzu tal-2013, il-Gvern ta' Malta għadda l-konservazzjoni ta' dan it-torri lil Din l-Art Ħelwa għal perjodu ta' 10 snin.[3]
F’Settembru tal-2014, it-torri u l-inħawi tal-madwar tnaddaf mill-iskart u l-fdalijiet mill-voluntiera ta’ Din l-Art Ħelwa kif ukoll mill-Iscouts tal-Qrendi.[4] It-torri għadda minn konservazzjoni ta' restawr sal-2016, u ġie inawgurat u miftuħ għall-pubbliku fl-2019.[5][6]
Referenzi
immodifika- ^ Zammit, Vincent (1984). "Fortifications in the Middle Ages". Civilization (bl-Ingliż). Malta: PEG Ltd. 1: 33.
- ^ Attard, David P. "The De Redin Tower". Armed Forces of Malta. Arkivjat mill-orġinal fl-31 May 2015.
- ^ "Din l-Art Helwa to manage Wied iż-Żurrieq Tower". Times of Malta. 6 March 2013. Miġbur 20 April 2014.
- ^ "Wied iz Zurrieq tower gets much-needed clean-out". Times of Malta. 7 September 2014. Miġbur 16 September 2014.
- ^ "Corporate Responsibility". Malta International Airport. Arkivjat minn l-oriġinal fl-8 April 2015. Miġbur 17 May 2015.
- ^ "TA' XUTU TOWER IN WIED IŻ-ŻURRIEQ IS RESTORED AND OPEN FOR VISITORS". Din l-Art Ħelwa. 25 July 2019. Miġbur 22 March 2020.