Torri ta' Triq il-Wiesgħa

wieħed mit-13-il torrii ta' de Redin

It-Torri ta' Triq il-Wiesgħa, oriġinarjament magħruf bħala Torre della Giddida[1] u msejjaħ ukoll Torri tal-Imwiegħel jew tal-Imwejġel,[2] huwa torri tal-għassa żghir li jinstab ħdejn Ħaż-Żabbar, Malta. Inbena fl-1659 bħala d-disa' mit-torrijiet ta' De Redin. It-torri sofra ħsarat estensivi fis-seklu 20, b'partijiet mill-istruttura jiġġarfu, iżda ġie restawrat bejn l-2008 u l-2009 u issa jinsab f'kundizzjoni tajba.

It-torri ta' Triq il-Wiegħsa mas-sebħ
It-torri ta' Triq il-Wiegħsa mas-sebħ.

It-Torri ta' Triq il-Wiesgħa nbena fl-1659 fuq ix-xatt lejn il-Lvant tal-Port il-Kbir.[3] Ismu jorbot mal-fatt li kien mibni biex jiddefendi l-medda wiesgħa ta’ kosta.[4] Huwa jsegwi d-disinn stabbilit għat-torrijiet ta' De Redin, li għandhom pjanta kwadra b'żewġ sulari u turretta fuq il-bejt. It-Torri ta’ Triq il-Wiesgħa mibni b'tali mod li minnu wieħed ikun jista' jara lit-Torri ta' Santa Marija tal-Grazzji lejn il-Punent, u t-Torri taż-Żonqor lejn il-Lvant. Dawn m'għadhomx jeżistu għax it-tnejn twaqqgħu mill-militar Ingliż.

Fis-snin 70 tas-seklu 19, il-Forti Leonardo nbena madwar 350 metru (1,150 pied) 'il bogħod mit-torri. Il-forti kien fuq art għolja biex Triq il-Wiesgħa Torri ma waqax fil-linja tal-isparar minnu. B'hekk it-torri ma kellux jitwaqqa', bħalma sar f’każi oħra bħat-Torri ta' Delimara u t-Torri ta' Bengħisa, li twaqqgħu biex jista' jsir sparar minnhom.

 
Xelters żgħar għas-suldati ta' żmien it-Tieni Gwerra Dinjija ħdejn it-torri.[5]

Sal-bidu tas-seklu 20, il-parti ta’ wara tat-torri kienet waqgħet, iżda ġie restawrat fis-snin 30. Iz-zuntier u t-turretta tat-torri tneħħew fit-Tieni Gwerra Dinjija, u nbnew xelters żgħar għas-suldati (bl-Ingliż: pillboxes) fil-viċinanzi tiegħu. It-torri saritlu aktar ħsara meta ġġarraf ajruplan fil-qrib.[6]

Wara l-gwerra, it-torri reġa' waqa' fi stat ta' abbandun, u parti mill-pedamenti tiegħu sfrondaw. Fl-2004, għadda taħt il-ħarsien tal-Fondazzjoni Wirt Artna. Ir-restawr beda erba' snin wara, f'Settembru 2008,[7] u tlesta f'Marzu 2009. Matul ir-restawr reġgħu nbnew ukoll il-karatteristiċi li tneħħewlu matul it-Tieni Gwerra Dinjija.[6]

Referenzi

immodifika
  1. ^ Ġrajjet Malta - It-Tielet Ktieb (4 ed.) (bil-Malti). Sliema: Department of Education. 2006. p. 81.
  2. ^ "Il-Fortifikazzjonijiet fi zmien l-Ordni". vivait36.weebly.com (bil-Malti).
  3. ^ Zammit, Vincent (1992). Il-Gran Mastri – Ġabra ta' Tagħrif dwar l-Istorja ta' Malta fi Żmienhom – L-Ewwel Volum 1530-1680 (bil-Malti). Valletta: Valletta Publishing & Promotion Co. Ltd. p. 236.
  4. ^ "Malta-The George Cross Island - "Towns & Villages" (2)". web.archive.org. 2015-05-31. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-05-31. Miġbur 2022-11-05.
  5. ^ "What's so special about Nwadar?". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-05.
  6. ^ a b Vaults Co. Ltd. (October 2008). "Commencement of Works - Xghajra Tower". web.archive.org (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-05-31. Miġbur 2022-11-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "17th century tower in Xgħajra being restored - timesofmalta.com". web.archive.org. 2016-03-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2022-11-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Ħoloq esterni

immodifika