Tony Formosa

kowċ tat-tim nazzjonal tal-futbol Malti

Tony Formosa (2 ta’ Ġunju 1937 – 13 ta’ Jannar 2024) kien maniġer tal-futbol Malti li mexxa t-tim nazzjonali u għadd ta’ timijiet Maltin fl-ogħla livell.

Tony Formosa
Ħajja
Twelid Rabat, 2 Ġunju 1937
Nazzjonalità Malta
Mewt 13 Jannar 2024
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kowċ
plejer tal-futbol

Karriera immodifika

Formosa beda l-karriera tiegħu fil-futbol Malti fl-1960/61 iżda l-logħob tiegħu bħala plejer waqaf ħesrem fi Frar tal-1961, wara li kiser driegħu f'logħba kontra l-Marsa. B'kollox huwa lagħab biss erba' logħbiet għal St. Patrick F.C.

Kowċ tal-futbol immodifika

Formosa kellu diversi karigi maniġerjali mal-iprem timijiet Maltin, fosthom Ħamrun Spartans, Valletta, u Sliema Wanderers kif ukoll mat- tim nazzjonali u mat-tim Malti U18.[1] Formosa kien manager tat-tim nazzjonali li lagħab l-ewwel partita ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Ungerija fl-1971[2] u kiseb rekord ta’ 40 partita mingħajr telfa ma’ Floriana.[3]

1961 Żejtun Corinthians
1961 Ħamrun Spartans
1966 Malta
1967–1973 Malta U18
1968–1970 Valletta
1971–1972 Malta
1973–1975 Valletta
1975–1981 Floriana
1982–1986 Sliema Wanderers
1986–1988 Valletta (konġunt)

Wara l-futbol immodifika

Wara li kkowċja f’197 partita Maltija, Formosa rtira mit-tmexxja tat-timijiet tal-futbol u nħatar Kap tal-Isport fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kultura.[4] F’din il-pożizzjoni, ikkonvinċa lill-gvern biex jibni faċilitajiet sportivi ġodda u rnexxielu jiġbed lill-Formula One Offshore Powerboats World Championships lejn Malta għal tliet snin suċċessivi. [5]

Mewt immodifika

Formosa miet fit-13 ta’ Jannar 2024, fl-età ta’ 86 sena.[1]

Unuri immodifika

Valletta

Floriana

Referenzi immodifika

  1. ^ a b Camilleri, Valhmor (13 January 2024). "FOOTBALL Former Malta national team coach Tony Formosa dies, aged 86". Miġbur 14 January 2024.
  2. ^ "Former Valletta FC coach Tony Formosa passes away". Valletta FC. 13 January 2024. Miġbur 14 January 2024.
  3. ^ "Former Malta National Team coach Tony Formosa passes away aged 86". 14 January 2024. Miġbur 14 January 2024.
  4. ^ "DEMISE OF TONY FORMOSA, EX-MALTA NATIONAL TEAM COACH". Malta Football Association. 13 January 2024. Miġbur 14 January 2024.
  5. ^ Baldacchino, Carmel (5 July 2007). "Ex-national coach who also excelled at club level". Miġbur 14 January 2024.