Tomaso Antonio Vitali
Tomaso Antonio Vitali (twieled fis-7 ta’ Marzu 1663 – miet fid-9 ta’ Mejju 1745) kien kompożitur u vjolinist Taljan minn Bologna, iben il-kbir Giovanni Battista Vitali.[1] Huwa magħruf l-iktar għal chaconne fil-G minuri għall-vjolin u għall-continuo, li ġiet ippubblikata minn manuskritt fis-Sächsische Landesbibliothek ta’ Dresden f’Die Hoch Schule des Violinspiels (1867) editjat mill-vjolinist Ġermaniż Ferdinand David.[2] Il-firxa wiesgħa ta’ modulazzjonijiet tagħha f’noti distanti qanqlet spekulazzjonijiet li ma setgħetx tkun opra Barokka ġenwina.
Tomaso Antonio Vitali | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Bolonja, 7 Marzu 1663 |
Nazzjonalità | Stati Papali |
Mewt | Modena, 9 Mejju 1745 |
Familja | |
Missier | Giovanni Battista Vitali |
Tribù | Vitali (en) |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Għalliema | Antonio Maria Pacchioni (en) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kompożitur vjolinist għalliem tal-mużika |
Xogħlijiet importanti | Chaconne fil-G minuri |
Moviment | mużika Barokka |
Strument/i tal-mużika | vjolin |
Bijografija
immodifikaVitali studja l-kompożizzjoni f’Modena ma’ Antonio Maria Pacchioni, u ġie impjegat fl-orkestra tal-familja Este mill-1675 sal-1742. Huwa kien ukoll għalliem u fost l-istudenti tiegħu kien hemm Evaristo Felice dall'Abaco, Jean Baptiste Senaillé, Girolamo Nicolò Laurenti u Luca Antonio Predieri.[1]
Fost ix-xogħlijiet awtentiċi ta’ Vitali hemm sett ta’ sonati bi tlieta ppubblikat bħala l-opri nri 1 u 2 (1693), sonati tal-kamra, u sonati bil-vjolin (inkluż l-opra nru 6 tiegħu) fost xogħlijiet oħra. Fost dawk li ġew irreġistrati hemm dawk kollha fl-opra nru 1 (fuq Naxos 8.570182), tlieta mis-sonati bil-vjolin (fuq it-tikketta Żvizzera Gallo), u wħud mis-settijiet ta’ sonati mill-opri nri 2 u 4 (l-opra nru 4; nru 12 fuq Classica CL 101 mill-Finlandja).
Tomaso Antonio Vitali miet f’Modena fid-9 ta’ Mejju 1745.
Chaconne
immodifikaChaconne hija forma mużikali li tintuża biex titwassal varjazzjoni fi progressjoni armonika qasira ripetuta fuq baxx ostinat. Ix-chaconne ġiet immarkata minn kopjatur, fil-mument tat-traskrizzjoni, fil-marġni ta’ fuq tal-ewwel paġna tal-manuskritt ta’ Dresden bħala "Parte del Tomaso Vitalino" (il-parti ta’ Tomaso Vitalino)[3], li jaf kien jew ma kienx Vitali.[4] Karatteristika li tispikka fl-istil tax-chaconne ta’ "Vitali" hija l-mod kif tibdel in-noti, sa ma tilħaq it-territorji distanti tal-B-baxxa minuri u E-baxxa minuri, modulazzjonijiet li ma kinux karatteristiċi tal-era Barokka, peress li l-bidla fin-noti saret xi ħaġa tipika biss fir-Romantiċiżmu. Dan l-aħħar, il-manuskritt Mus. 2037/R/1 fis-Sächsische Landesbibliothek ta’ Dresden ġie identifikat li għadda minn taħt idejn Jacob Lindner, kopjatur magħruf li kien jaħdem fil-Hofkapelle ta’ Dresden bejn l-1710 u l-1730, u jkompli juri l-awtentiċità tiegħu.[5] Minkejja d-dubji mużikoloġiċi, l-opra minn dejjem kienet popolari fost il-vjolinisti. Pereżempju, Jascha Heifetz għażilha, f’“verżjoni rranġata u alterata ħafna”, b’akkumpanjament tal-orgni, biex jiftaħ id-debutt tiegħu fi New York f’Queen's Hall fil-5 ta’ Mejju 1920.[6] Jeżistu għadd ta’ arranġamenti tagħha għall-vjolin u għall-pjanu magħmula minn Ferdinand David u minn Léopold Charlier, għall-vjolin u għall-orgni, u għall-vjolin u għall-orkestra magħmula minn Ottorino Respighi, u hemm traskrizzjonijiet tagħha għall-vjola u għall-pjanu magħmula minn Friedrich Hermann (1828-1907) u minn Alan Arnold (vjolist u pubblikatur kontemporanju Amerikan tal-mużika, u sid il-"Viola World Publications") u għaċ-ċello u għall-pjanu magħmula minn Luigi Silva.
References
immodifika- ^ a b Suess, John G. 2001. "Vitali: (2) Tomaso Antonio Vitali". The New Grove Dictionary of Music and Musicians, it-tieni edizzjoni, editjat minn Stanley Sadie u John Tyrrell. Londra: Macmillan Publishers.
- ^ "Chaconne for violin & continuo in… | Details". AllMusic (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-09.
- ^ Reich, Wolfgang. 1970. "Sein oder nicht sein? Nochmals zur 'Chaconne von Vitali'". Die Musikforschung 23, no. 1 (January–March) p. 40.
- ^ "Andrew Manze. "Angels & devils of the violin"". web.archive.org. 2008-12-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-05. Miġbur 2021-05-09.
- ^ "Digitale Pressemappe: Composers & Works". web.archive.org. 2015-10-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-10-08. Miġbur 2021-05-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Anon. 1920. "A New Violinist: Jascha Heifetz at Queen's Hall". The New York Times (Thursday, 6 May): p. 14.