Francesc "Tito" Vilanova Bayó (twieled fis-17 ta' Settembru 1968 – miet fil-25 ta' April 2014) kien plejer tal-futbol Spanjol li lagħab bħala midfilder ċentrali u serva bħala kowċ għal staġun ma' Barcelona.

Tito Vilanova
Informazzjoni personali
Isem sħiħFrancesc Vilanova Bayó
Twelid17 ta' Settembru 1968(1968-09-17)
Bellcaire d'EmpordàSpanja
Mewt25 ta' April 2014 (45 sena)
Barċellona
Tul1.78 m
RwolMidfilder
Mixtliet
1984–1988Barcelona
Karriera professjonali
SninKlabb
1988–1990Barcelona B
1990–1992Figueres
1992–1995Celta
1995–1996Badajoz
1996–1997Mallorca
1997–1998Lleida
1998–2000Elche
2000–2001Gramenet
Timijiet ikkowċjati
2003–2004Palafrugell
2007–2008Barcelona B (assistent)
2008–2012Barcelona (assistent)
2012–2013Barcelona

Karriera

immodifika

Vilanova twieled ġewwa Bellcaire d'Empordà, Girona, fil-Katalonja. Wara li tela' mis-settur taż-żgħażagħ ta' Barcelona, huwa ħalla lill-klabb fl-1990 wara li ma sabx opportunitajiet fl-ewwel tim. Mat-tieni klabb tiegħu, Figueres, hu għenhom jispiċċaw fit-tielet post fl-istaġun 1991–92 tas-Segunda División għalkemm tilfu l-finali tal-play-off kontra Cádiz. Sussegwentement, Vilanova ngħaqad ma' Celta de Vigo fl-ogħla diviżjoni Spanjola, iżda fit-tliet snin li għamel magħhom hu deher biss 26 logħba fil-kampjonat.

Vilanova beda l-karriera ta' kowċ fit-Tielet Diviżjoni Spanjola ma' Palafrugell.[1] Fl-2007, ġie maħtur bħala assistent kowċ ta' Barcelona B, taħt il-kowċ Pep Guardiola.

Fis-sajf tal-2008, wara li wasslu lit-tim tar-riservi għall-promozzjoni lejn is-Segunda División B, kemm Vilanova u Guardiola ħadu t-tmun tal-ewwel tim tal-belt Katalana. L-ewwel staġun tagħhom kien l-iktar ta' suċċess fl-istorja tal-klabb hekk kif irnexxielhom jirbħu sitt unuri u saru l-ewwel klabb Spanjol li rebħu t-Tazza tar-Re, il-kampjonat u l-UEFA Champions League (il-famuża tripletta) fl-istaġun.[2] Fis-27 ta' April 2012, f'konferenza stampa li fiha Barcelona kkonfermaw it-tluq ta' Guardiola, ġie mħabbar li Vilanova kien se jieħu postu, u fil-15 ta' Ġunju ffirma kuntratt ta' sentejn.[3] Matul l-istaġun it-tim tilef biss tmien logħbiet hekk kif ġew inkurunati ċampjins għat-22 darba fl-istorja.

Fid-19 ta' Diċembru 2012, Barcelona ħabbru li Vilanova kien qiegħed isofri minn kanċer għat-tieni darba.[4] Vilanova għadda mill-kirurġija fl-20 ta 'Diċembru, u għas-sitt ġimgħat ta' wara kien fil-kura tal-kimoterapija u radjoterapija.[5] L-assistent tiegħu Jordi Roura ħa postu matul dan il-perjodu, u Vilanova rritorna lura fuq il-bankina f'Marzu tal-2013.

Nhar id-19 ta' Lulju 2013, minħabba problemi mediċi Vilanova ħalla l-kariga tiegħu bħala kowċ tal-ewwel tim.[6] Fil-25 ta' April 2014, minħabba kumplikazzjonijiet relatati mal-marda tal-kanċer, Vilanova miet fl-età ta' 45 sena.[7]

Statistika maniġerjali

immodifika
Tim Minn Sa Rekord
L R D T GF GK DG % Rebħ
Barcelona 1 ta' Lulju 2012 18 ta' Diċembru 2012 27 23 2 2 77 28 +49 85.19
Barcelona 6 ta' Jannar 2013 23 ta' Jannar 2013 5 3 1 1 16 6 +10 60.00
Barcelona 1 ta' April 2013 19 ta' Lulju 2013 13 8 3 2 28 17 +11 61.54
Total 45 34 6 5 121 51 +70 75.56
Barcelona

Referenzi

immodifika
  1. ^ "De Palafrugell al Camp Nou en 10 anys" (bil-Katalan). Diari de Girona. 2012-04-28. Miġbur 2012-12-02.
  2. ^ "Guardiola: Barca are the "best team in the world"" (bl-Ingliż). ESPN FC. 2008-05-27. Miġbur 2009-12-29.
  3. ^ "Tito Vilanova to sign deal to become Barcelona manager" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2012-06-14. Miġbur 2012-06-14.
  4. ^ "Tito Vilanova recae de su enfermedad" (bl-Ispanjol). El Mundo Deportivo. 2012-12-19. Miġbur 2012-12-19.
  5. ^ "Tito Vilanova será operado este jueves" (bl-Ispanjol). FC Barcelona. 2012-12-19. Miġbur 2012-12-19.
  6. ^ "Tito Vilanova deja el Barça" (bl-Ispanjol). Mundo Deportivo. 2013-07-19.
  7. ^ "Ex-Barcelona coach loses cancer battle aged 45" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2014-04-25.

Ħoloq esterni

immodifika