Susan Bassnett
Susan Edna Bassnett, FRSL, (imwielda fil-21 ta' Ottubru 1945) hija teorista tat-traduzzjoni u akkademika tal-letteratura komparattiva. Hi serviet bħala Pro-Viċi Kanċillier fl-Università ta' Warwick għal għaxar snin u għallmet fiċ-Ċentru għat-Traduzzjoni u l-Istudji Kulturali Komparattivi ta' hemmhekk, ċentru li ngħalaq fl-2009. Fl-2016 laħqet Professur tal-Letteratura Komparattiva fl-Universitajiet ta' Glasgow u Warwick.[1] Ingħatat l-edukazzjoni tagħha madwar l-Ewropa, u bdiet il-karriera tagħha fl-Italja u għallmet anke f'universitajiet fl-Istati Uniti.[2] Fl-2007, ġiet eletta bħala membru superjuri fis-Soċjetà Rjali tal-Letteratura.[3]
Susan Bassnett | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ingilterra, 21 Ottubru 1945, 1945 (79 sena) |
Nazzjonalità |
Renju Unit Stati Uniti tal-Amerka |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Derby High School, Greater Manchester (en) |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
poeta traduttur għalliem fl-università kritiku letterarju kittieb comparative literature academic (en) |
Impjegaturi | University of Warwick (en) |
Premjijiet | |
Sħubija |
Soċjetà Rjali tal-Letteratura Academia Europaea (en) |
Ħajja bikrija u edukazzjoni
immodifikaBassnett twieldet fil-21 ta' Ottubru 1945. Studjat l-Ingliż u t-Taljan fl-Università ta' Manchester, u fl-1968 iggradwat b'Baċellerat fl-Arti bl-Unuri tal-Ewwel Klassi. Hi studjat għad-Dottorat fil-Franċiż fl-Università ta' Lancaster, li ġie fi tmiemu fl-1975.[4]
Karriera akkademika
immodifikaBassnett bdiet il-karriera akkademika tagħha bħala lettriċi fl-Università ta' Ruma bejn l-1968 u l-1972. Imbagħad, irritornat lejn l-Ingilterra fejn kienet ukoll lettriċi fl-Università ta' Lancaster bejn l-1972 u l-1976. Ingħaqdet bħala lettriċi fl-Università ta' Warwick fl-1976, u hemm waqqfet iċ-Ċentru għat-Traduzzjoni u l-Istudji Kulturali Komparattivi fl-1985. Fl-1989 ġiet promossa bħala lettriċi tal-ogħla grad, u fl-1992 inħatret Professur tal-Letteratura Komparattiva. Fl-istess università, serviet bħala Pro-Viċi Kanċillier darbtejn, bejn l-1997 u l-2003, kif ukoll bejn l-2005 u l-2009. Irtirat minn Warwick fl-2016, u ngħatat it-titlu ta' Professur Emeritu. Mill-2015 'l hawn żammet il-pożizzjoni ta' Professur fil-Letteratura Komparattiva fl-Università ta' Glasgow.[4]
Xogħlijiet Prestiġjużi
immodifikaFost il-kotba tagħha li jammontaw għal iżjed minn għoxrin, ħafna saru xogħlijiet importanti fil-qasam tal-kritika letterarja, speċjalment Translation Studies (1980) u Comparative Literature (1993). Ktieb tagħha dwar Ted Hughes ġie ppubblikat fl-2009. Ktieb ieħor editjat minnha huwa Knives and Angels: Women Writers in Latin America (1990).[5] Il-kollaborazzjoni ta' Bassnett ma' diversi intellettwali oħra f'serje ta' proġetti ta' kotba, ġiet milqugħa tajjeb ħafna. Fl-2006, hi koeditjat ma' Peter Bush il-ktieb The Translator as Writer. Barra mix-xogħlijiet akkademiċi tagħha, Bassnett tikteb ukoll il-poeżija, b'numru ta' poeżiji tagħha ppubblikati f'Exchanging Lives: Poems and Translations (2002).[6]
Nagħtu importanza lit-traduzzjoni
immodifikaFix-xogħol tagħha Constructing Cultures: Essays on Literary Translation tal-1988 (miktub ma' André Lefevere), Bassnett issostni li "l-bidla fl-importanza mill-oriġinal għat-traduzzjoni hija riflessa f'diskussjonijiet dwar il-viżibbiltà tat-traduttur. Lawrence Venuti jisħaq li hemm bżonn ta' traduzzjoni ċċentralizzata fuq it-traduttur, u jinsisti li t-traduttur għandu jagħmel ismu viżibbli fit-test". [7]
Referenzi
immodifika- ^ "Interview with Susan Bassnett". Translation Today. 2019.
- ^ "Professor Susan Bassnett - Translation Studies - Warwick". warwick.ac.uk. Miġbur 2022-05-04.
- ^ "Royal Society of Literature". web.archive.org. 2011-09-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-09-27. Miġbur 2022-05-04.
- ^ a b "Bassnett, Prof. Susan Edna, (born 21 Oct. 1945), writer; Professor of Comparative Literature, University of Glasgow, since 2015; Professor of Comparative Literature, University of Warwick, 1992–2016, now Emerita (Pro-Vice-Chancellor, 1997–2003 and 2005–09)". WHO'S WHO & WHO WAS WHO (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-04.
- ^ Bassnett, Susan (June 1990). Knives and Angels: Women Writers in Latin America. Zed Books. ISBN 978-0-86232-875-7.
- ^ Bassnett, Susan (1 September 2002). Exchanging Lives: Poems and Translations. Peepal Tree Press Ltd. ISBN 978-1900715669.
- ^ Kwotazzjoni diretta tradotta minn Emily Hili