Sur Santa Barbara

Is-Sur ta' Santa Barbara huwa sur b'wiċċ ċatt b'parapet baxx qrib il-Port il-Kbir tal-Belt Valletta, li jħares fuq dan il-port.

Sur Santa Barbara u Triq Santa Barbara, il-Belt Valletta

Dan is-Sur inbena matul is-Seklu 16 mill-Kavallieri ta' San Ġwann. Huwa jifforma parti mill-fortifikazzjonijiet tal-ġebel tal-Belt Valletta. Minħabba li din il-parti tal-Belt kienet mgħassa sew minn Forti Sant'Anġlu, li tinsab fuq in-naħa tal-Port il-Kbir, is-Sur Santa Barbara ma' kienx meqjus ta' importanza militari biżżejjed biex jiġi assenjat lill-Kavallieri. Minflok, dan għadda għand l-Għaqda tal-Bumbardieri. Peress li l-Għaqda kellha lil Santa Barbara bħala qaddisa patruna tagħha,[1] kien meqjus xieraq li s-Sur jissemma għaliha.[2]

Il-Knisja ta' Santa Barbara fi Strada Rjali, il-Belt Valletta, li għandha l-istess isem kienet immexxija wkoll mill-Għaqda tal-Bumbardieri.[2]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "I luoghi legati alla devozione al martire carmelitano, Sant'Angelo di Gerusalemme, a Malta" (bit-Taljan). Ottavo Centenario Sant'Angelo. 2020-03-31.
  2. ^ a b "VALLETTA HARBOUR - St Barbara Bastion and Fort Lascaris". Malta and International Football Collection (bl-Ingliż). Facebook.