Steve Borg
Steve Borg (Mosta, 15 ta' Mejju 1988) huwa plejer tal-futbol internazzjonali Malti li jilgħab mat-tim Malti ta' Valletta, fejn jilgħab bħala difensur.
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Steve Borg | ||
Twelid | 15 ta' Mejju 1988 Mosta | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Rwol | Difensur ċentrali | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Valletta | ||
Numru | 4 | ||
Klabbs ġovanili | |||
Mosta | |||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2005–2009 | Mosta | 13 | (0) |
2009–2015 | Valletta | 113 | (7) |
2015–2016 | Aris Limassol | 33 | (1) |
2016– | Valletta | 41 | (1) |
Tim nazzjonali | |||
2011– | Malta | 30 | (0) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 11:26, 10 Frar 2018 (UTC) |
KarrieraImmodifika
Borg tela' mit-tim taż-żgħażagħ tal-klabb Malti ta' Mosta, sakemm iddebbutta mal-ewwel tim fl-2005. Fl-2009 issieħeb f'Lulju tal-2009 ma' Valletta fejn fl-istaġun sussegwenti rebaħ il-kampjonat Premier. Magħhom stabbilixxa ruħu fost l-aqwa difensuri fil-kampjonat lokali u f'Lulju tal-2005 ġie mħabbar li Steve Borg kien se jingħaqad mal-klabb Ċiprijott ta' Aris Limassol.[1] Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-klabb bil-gowl tar-rebħa kontra Ethnikos Achna nhar is-7 ta' Novembru.[2]
Wara sena, f'Ġunju tal-2016, Valletta ħabbru li Borg reġa' ngħaqad magħhom fejn iffirma kuntratt ta' ħames snin.[3]
InternazzjonaliImmodifika
Fis-7 ta' Ottubru 2011, huwa għamel id-debutt tiegħu mat-tim nazzjonali ta' Malta fil-logħba valida għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012 kontra l-Latvja.
UnuriImmodifika
- Valletta
- Premier League Malti: 2010–11
- Tazza Maltija: 2009–10
- Super Cup Maltija: 2010–11, 2011–12
ReferenziImmodifika
- ^ Id-difensur internazzjonali Steve Borg uffiċjalment maċ-Ċiprijotti Aris Limassol FC, TVM, 7 ta' Lulju 2015.
- ^ Steve Borg jiskorja l-goal tar-rebħa ma’ Arsis Limassol, TVM, 7 ta' Novembru 2015.
- ^ (Ingliż) Kevin Azzopardi, Defender Borg rejoins Valletta, Times of Malta, 6 ta' Ġunju 2016.
Ħoloq esterniImmodifika
- (EN) Steve Borg fuq National-Football-Teams.com
- Profil fuq is-sit uffiċjali ta' Valletta FC
- Steve Borg fuq Worldfootball.net
- Steve Borg fuq Soccerway.com