Steve Borg
Steve Borg (twield fil-15 ta' Mejju 1988) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab mat-tim ta' Gżira United bħala difensur.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 15 ta' Mejju 1988 Mosta, Malta | ||
Rwol | Difensur ċentrali | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Gżira United | ||
Mixtliet | |||
Mosta | |||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2005–2009 | Mosta | ||
2009–2015 | Valletta | ||
2015–2016 | Aris Limassol | ||
2016–2020 | Valletta | ||
2020– | Gżira United | ||
Tim nazzjonali | |||
2011– | Malta |
Karriera
immodifikaBorg tela' mit-tim taż-żgħażagħ tal-klabb Malti ta' Mosta, sakemm iddebbutta mal-ewwel tim fl-2005. Fl-2009 issieħeb f'Lulju tal-2009 ma' Valletta fejn fl-istaġun sussegwenti rebaħ il-kampjonat Premier. Magħhom stabbilixxa ruħu fost l-aqwa difensuri fil-kampjonat lokali u f'Lulju tal-2005 ġie mħabbar li Steve Borg kien se jingħaqad mal-klabb Ċiprijott ta' Aris Limassol.[1] Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-klabb bil-gowl tar-rebħa kontra Ethnikos Achna nhar is-7 ta' Novembru.[2]
Wara sena, f'Ġunju tal-2016, Valletta ħabbru li Borg reġa' ngħaqad magħhom fejn iffirma kuntratt ta' ħames snin.[3]
Internazzjonali
immodifikaFis-7 ta' Ottubru 2011, huwa għamel id-debutt tiegħu mat-tim nazzjonali ta' Malta fil-logħba valida għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012 kontra l-Latvja.
Unuri
immodifika- Valletta
- Premier League Malti: 2010–11
- Tazza Maltija: 2009–10
- Super Cup Maltija: 2010–11, 2011–12
Referenzi
immodifika- ^ "Id-difensur internazzjonali Steve Borg uffiċjalment maċ-Ċiprijotti Aris Limassol FC". TVM. 2015-07-07.
- ^ "Steve Borg jiskorja l-goal tar-rebħa ma' Arsis Limassol". TVM. 2015-11-07.
- ^ Azzopardi, Kevin (2016-06-06). "Defender Borg rejoins Valletta" (bl-Ingliż). Times of Malta.
Ħoloq esterni
immodifika- Steve Borg fuq National-Football-Teams.com