Sputnik 5

satellita artifiċjali Sovjetika, l-ewwel waħda li bagħtet l-annimali fl-orbita u rritornathom qawwijin u sħaħ

Sputnik 5, magħrufa wkoll fil-Lvant bħala Korabl-Sputnik 2 (bir-Russu: Корабль-Спутник 2, litteralment "Vapur-Satellita 2") kienet satellita artifiċjali Sovjetika, u t-tielet titjira tal-ittestjar tal-inġenju spazjali Vostok.[1] Kienet l-ewwel titjira spazjali fejn intbagħtu l-annimali fl-orbita u ġew irritornati lura fid-Dinja qawwijin u sħaħ. Varata fid-19 ta' Awwissu 1960, wittiet it-triq għall-ewwel titjira orbitali umana, Vostok 1, li ġiet varata inqas minn tmien xhur wara.[2]

Il-kapsula spazjali ta' Sputnik 5

Sputnik 5 jew Korabl-Sputnik 2 kienet it-tieni tentattiv ta' varar ta' kapsula Vostok bil-klieb abbord. L-ewwel tentattiv kien sar fit-28 ta' Lulju, b'par klieb imsejħa Bars (Snow Leopard magħruf ukoll bħala Chaika (Seagull)) u Lisichka (Foxie), ma rnexxiex wara li l-Blok G tat-trażżin ħa n-nar u ma ħadimx kif suppost f'wieħed mill-kompartimenti tal-kombustjoni, u b'hekk il-booster tkisser 19-il sekonda wara l-varar. F'madwar 30 sekonda, il-vettura varata ddiżintegrat, il-qalba tagħha u s-sistema tat-trażżin taru b'mod aleatorju 'l hemm u 'l hawn, u kkraxxjat fl-isteppa. Il-kontrolluri tat-titjira bagħtu kmand biex il-qalba bl-annimali tiġi sparata 'l barra qabel l-impatt, iżda minħabba l-altitudni baxxa, il-paraxuttijiet ħadmu parzjalment biss, u l-klieb mietu mal-impatt mal-art. Il-ħsara fil-magna tal-Blok G kienet dovuta għal frekwenza għolja fl-oxxillazzjonijiet tal-pressjoni fil-magna RD-107. Din kien problema wkoll f'varar preċedenti tal-R-7 iżda kienet ġiet indirazzat fl-aħħar reviżjoni tal-RD-107. Il-booster li ntuża għal dan il-varar, madankollu, kien qed juża l-mudell l-antik tal-magni. L-aċċident ħeġġeġ l-iżvilupp ta' sit li jista' jiġi sparat 'il barra f'każ ta' emerġenza biex b'hekk il-kożmonawta jkun jista' jaħrab mill-kapsula f'każ ta' ħsara fil-varar, ladarba l-paraxuttijiet fil-modulu tal-inżul ma jkunux jistgħu jinfetħu kif suppost sa 40 sekonda wara l-varar. Dan seħħ jum qabel ma l-programm tal-Istati Uniti tilef kapsula Merkurju.[2]

 
Bolla Sovjetika li nħarġet biex tfakkar il-missjoni.

Il-varar tal-Isputnik 5 jew tal-Korabl-Sputnik 2 seħħ fid-19 ta' Awwissu 1960, permezz ta' rokit trasportatur Vostok-L wara dewmien ta' jumejn biex jiġi ssostitwit valv LOX difettuż. Sorsi uffiċjali rrapportaw li l-varar sar fit-08:44:06 ta' filgħodu UTC; madankollu, Sergei Voevodin sostna li sar fit-08:38:24 ta' filgħodu. Stazzjon tar-radju f'Bonn, il-Ġermanja tal-Punent, kien minn tal-bidu li interċetta sinjali mill-inġenju spazjali, li ġew ikkonfermati fit-tielet orbita minn stazzjoni tar-radju Żvediż.

L-inġenju spazjali kellu żewġt iklieb abbord (Belka u Strelka), erbgħin ġurdien, żewġ firien u varjetà ta' pjanti, kif ukoll kamera tat-televiżjoni, li ġibdet immaġnijiet tal-klieb. L-inġenju spazjali reġa' lura lejn id-Dinja fis-06:00:00 ta' filgħodi UTC fl-20 ta' Awwissu, jum wara l-varar tiegħu. It-telemetrija żvelat li kelb minnhom kien bata minn konvulsjonijiet u rrimetta matul ir-raba' orbita, u ġie deċiż li l-ewwel titjira bil-bnedmin abbord tiġi llimitata għal tliet orbiti. L-annimali kollha waslu lura qawwijin u sħaħ, u sena wara Strelka kellha l-ġriewi. Wieħed minnhom intbagħat lill-Ewwel Mara tal-Istati Uniti Jacqueline Kennedy bħala rigal ta' rieda tajba mill-Unjoni Sovjetika. Il-konsulenti tal-President Kennedy inizjalment kienu kontra li l-kelb jiġi aċċettat minħabba l-biża' li s-Sovjetiċi setgħu tefgħu xi mikrofoni f'ġismu biex jissemmgħu x'kien qed jintqal fil-laqgħat tad-difiża nazzjonali.[1]

L-iġsma ta' Strelka u ta' Belka, it-tnejn ġew ippreservati u bbalzmati wara li mietu u jinsabu għall-wiri fil-Mużew tal-Ispazju u l-Ajrunawtika f'Moska, ir-Russja.

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "Vostok". web.archive.org. 2011-06-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-06-29. Miġbur 2022-08-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ a b "Korabl'-Sputnik-2 - Orbit". www.heavens-above.com. Miġbur 2022-08-19.