Emerson Ferreira da Rosa: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 34:
==Karriera fil-Klabbs==
 
Wara li lagħab ma' [[Bayer Leverkusen]], Émerson ingħaqad ma' [[AS Roma]] fejn rebaħ il-kampjonat u kif ukoll is-[[Super Cup Taljana]] fl-2001. Wara żewġ staġuni ma' [[Juventus FC]] mal-kowċ [[Fabio Capello]], huwa ttrasferixxa ma' [[Real Madrid]] flimkien ukoll ma' Capello. Madankollu, minħabba r-relazzjoni mhux daqshekk tajba ma' Capello u kif ukoll prestazzjoni li ma kinitx qed tissodisfa lil ħadd, hu xtaq li jerġa' jirritorna ma' Juventus. Però, sa Mejju, il-prestazzjoni tiegħu kibret u flimkien mar-riżultati tajbin li kien qed jikseb it-tim, fit-12 ta' Mejju 2007 huwa ddikjara l-intenzjoni li jibqa' ma' Real. Imma, f'konverżazzjoni fuq programm tar-radju "El Larguero", il-president ta' Real Madrid, [[Ramon Calderon]], qal li Émerson jista' jħalli lil Real Madrid dak is-sajf flimkien ma' l-attakant Taljan [[Antonio Cassano]] minħabba problemi tekniċi.
 
Fil-21 ta' Awwissu 2007, Milan uffiċċjalizzaw l-akkwist tal-midfielder Brażiljan. Huwa għamel id-debutt tiegħu fis-[[Super Cup Ewropeja]] meta' Milan rebħu lil [[Sevilla FC|Sevilla]] 3-1 fil-31 ta' Awwissu.