Ġebla ta' Rosetta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
s u ż
m ladarba ToniSant ħa ħsieb jibdel l-ispelling tal-kunċett inizjali, ħadt ħsieb naġġorna għal Rosetta kullimkien kif xtaqt nagħmel mill-bidu.
Linja 1:
[[Stampa:Rosetta Stone.JPG|daqsminuri|Il-Ġebla ta’ RożettaRosetta]]
Il-'''Ġebla ta’ Rosetta''' (jew '''Ġebla ta' Rożetta''') hija stele tal-granodijorit imnaqqxa bi tliet verżjonijiet ta’ digriet maħruġ f’Memphis, l-[[Eġittu]], fis-sena 196 Q.K. matul id-dinastija Tolemajka f’isem ir-Re Tolomew V Epifani. It-testi ta’ fuq u tan-nofs huma bl-Eġizzjan Antik bil-kitba [[Ġeroglifiċi Eġizzjani|ġeroglifika]] u bil-kitba demotika rispettivament, filwaqt li t-test ta’ taħt huwa bil-Grieg Antik. Id-digriet fih differenzi żgħar bejn it-tliet verżjonijiet, u dan wassal biex il-Ġebla ta’ Rosetta kienet il-muftieħ biex jiġu ddeċifrati l-kitbiet Eġizzjani.
 
Il-ġebla ġiet imnaqqxa matul il-perjodu Ellenistiku u jingħad li oriġinarjament postha kien f’tempju, possibbilment f’Sais. X’aktarx ġiet imċaqilqa lejn l-aħħar tal-antikità jew matul il-perjodu ta’ Mameluk, u eventwalment intużat bħala materjal tal-kostruzzjoni biex inbena l-Forti Julien qrib il-belt ta’ Raxid (RożettaRosetta) fid-Delta tan-Nil. Ġiet skoperta hemmhekk f’Lulju 1799 mill-uffiċjal Franċiż Pierre-François Bouchard matul il-kampanja ta’ [[Napuljun I ta' Franza|Napuljun]] fl-Eġittu. Kienet l-ewwel test bilingwi bl-Eġizzjan Antik li nstab fi żminijiet moderni, u qanqlet interess pubbliku mifrux minħabba l-potenzjal tagħha li twassal biex tiġi ddeċifrata l-kitba ġeroglifika li qabel ma setgħetx tiġi tradotta. F’qasir żmien bdew jiċċirkolaw kopji litografiċi u forom bil-ġibs fost il-mużewijiet u l-istudjużi Ewropej. Meta l-[[Renju Unit|Brittaniċi]] rebħu kontra l-[[Franza|Franċiżi]], ħadu l-ġebla [[Londra]] fil-qafas tal-Kapitolazzjoni ta’ Lixandra fl-1801. Ilha tintwera pubblikament fil-British Museum kważi kontinwament mill-1802 u hi l-iktar oġġett li jiġbed nies hemmhekk.
 
Id-digriet kien diġà beda jiġi studjat meta fl-1803 ġiet ippubblikata l-ewwel traduzzjoni kompluta tat-test Grieg. Jean-François Champollion ħabbar it-trażlitterazzjoni tal-kitbiet Eġizzjani f’[[Pariġi]] fl-1822; iżda għadda ferm iktar żmien qabel ma l-istudjużi kienu kapaċi jaqraw b’mod kunfidenti l-kitbiet u l-letteratura bl-Eġizzjan Antik. Saru avvanzi kbar fid-dekodifikazzjoni meta ġie rrikonoxxut li l-ġebla kien fiha tliet verżjonijiet tal-istess test (fl-1799); li t-test demotiku kien juża karattri fonetiċi biex jispelli ismijiet barranin (fl-1802); li t-test ġeroglifiku kien jagħmel l-istess ħaġa u kellu elementi li jixbħu ħafna lit-test demotiku (fl-1814); u li l-karattri fonetiċi kienu jintużaw ukoll biex jispellu l-kelmiet Eġizzjani nattivi (1822-1824).
 
Iktar tard ġew skoperti tliet kopji frammentarji oħra tal-istess digriet, u issa huma magħrufa diversi kitbiet bilingwi jew trilingwi Eġizzjani simili, fosthom tliet digrieti Tolemajċi li nkitbu kemxejn qabel: id-Digriet ta’ Lixandra fis-sena 243 Q.K., id-Digriet ta’ Kanopu fis-sena 283 Q.K., u d-Digriet ta’ Tolomew IV maħruġ f’Memphis, madwar is-sena 218 Q.K. Il-Ġebla ta’ RożettaRosetta ma għadhiex unika, imma kienet il-muftieħ essenzjali għall-fehim modern tal-letteratura u taċ-ċivilizzazzjoni Eġizzjana Antika. It-terminu ‘Ġebla ta’ Rożetta’Rosetta’ issa jintuża biex jirreferi għall-ħjiel essenzjali f’qasam ġdid ta’ għarfien.
 
== Deskrizzjoni ==
Il-Ġebla ta’ RożettaRosetta hija elenkata bħala “ġebla tal-granodijorit iswed, bi tliet kitbiet imnaqqxin ... li nstabet f’Rożetta”f’Rosetta” f’katalogu kontemporanju tal-artefatti li ġew skoperti waqt spedizzjoni Franċiża u li ġew ċeduti lit-truppi Brittaniċi fl-1801. Xi żmien wara li waslet Londra, il-kitbiet ġew ikkuluriti bil-ġibs abjad biex ikunu jistgħu jinqraw iktar faċilment, u l-kumplament ta’ wiċċ il-ġebla nkesa b’saff xama’ tal-karnawba bl-għan li ma ssirx ħsara meta s-swaba’ tal-viżitaturi jmissu mal-ġebla. Dan wassal biex kulur il-ġebla jidher iktar skur u inizjalment, bi żball, ġiet identifikata bħala ġebla tal-bażalt iswed. Ix-xama’ tneħħiet meta l-ġebla ġiet imnaddfa fl-1999, u b’hekk reġgħu feġġew il-kulur griż skur oriġinali tagħha, il-leqqa tal-istruttura kristallina tagħha, u vina roża li hemm tul ir-rokna ta’ fuq tagħha fuq in-naħa tax-xellug. Wara li saru paraguni mal-kollezzjoni Klemm ta’ kampjuni ta’ ġebel mill-Eġittu, ħareġ fid-dieher li l-Ġebla ta’ RożettaRosetta tixbaħ ħafna l-ġebel minn barriera żgħira tal-granodijorit f’Gebel Tingar fuq ix-xatt tal-Punent tan-Nil, li tinsab lejn il-Punent tal-gżira Elefantina fir-reġjun ta’ Aswan; il-vina roża hija tipika tal-granodijorit minn dan ir-reġjun.
 
Il-Ġebla ta’ RożettaRosetta twila 1,123 mm fl-ogħla punt tagħha, wiesgħa 757 mm, u ħoxna 284 mm. Tiżen bejn wieħed u ieħor 760 kg. Fiha tliet kitbiet imnaqqxin fuqha: il-ġeroglifiċi Eġizzjani Antiki fuq nett, taħtha l-kitba demotika Eġizzjana, u taħt nett il-kitba bil-Grieg Antik. Il-wiċċ ta’ quddiem huwa llostrat u l-kitbiet ġew imnaqqxin kemm kemm fuqu; il-ġnub tal-ġebla huma llixxati, iżda l-wara tal-ġebla ġiet maħduma fuq fuq biss, x’aktarx għaliex din ma kinitx tidher meta l-ġebla kienet tkun wieqfa f’postha.