Wikipedija:Amministraturi tal-interfaċċja

L-amministraturi tal-interfaċċja (interface-admins) huma utenti li jistgħu jeditjaw il-paġni kollha tal-JavaScript (JS), Cascading Style Sheets (CSS), JavaScript Object Notation (JSON),[1] u jistgħu jeditjaw paġni fl-ispazju tal-isem MediaWiki. Huma l-uniku grupp ta' utenti lokali bil-kapaċità li jeditjaw il-paġni JS/CSS kollha.[2] Dawn il-paġni huma eżegwiti mill-browser tal-edituri u l-qarrejja tal-wiki bħala kodiċi, li jista' jintuża biex jinbidel kif il-kontenut jiġi stilizzat, ibiddel l-imġiba tal-paġni, jew saħansitra joħolqu għodod kumplessi biex jgħinu fl-editjar.

Bħalissa hemm amministratur wieħed tal-interfaċċja bil-Malti.

Il-ħila li teditja JS/CSS li tiġi esegwita fil-browsers ta' utenti oħra hija xi ħaġa qawwija ħafna, u estremament perikoluża f'idejn utenti malizzjużi; l-amministraturi tal-interface għandhom ikunu utenti li huma fdati ħafna, għandhom mill-inqas fehim bażiku ta’ JS u CSS, huma konxji tal-aspettattivi tal-privatezza tal-wikis tal-Wikimedia, u jifhmu sew kif jiżguraw il-kontijiet tagħhom (bħall-għażla ta’ passwords b’saħħithom u uniċi u kif tiġi evitata l-infezzjoni bil-malware). Il-WMF teħtieġ li l-amministraturi tal-interfaċċja kollha jużaw awtentikazzjoni b'żewġ fatturi.[3]

Hemm ukoll grupp ta' edituri ta' interfaċċja globali, li jistgħu jużaw l-aċċess tagħhom soġġett għall-politika tad-drittijiet globali.

Proċess għat-talba

immodifika

Id-dritt ta' amministratur tal-interfaċċja jista' jingħata biss lill - amministraturi eżistenti.[4][5] L-amministraturi tal-interfaċċja huma meħtieġa li jużaw awtentikazzjoni b'żewġ fatturi (2FA).[6]

  • Post: Wikipedija:Tabella għall-avviżi tal-Burokrati
  • Proċess: L-amministratur jagħmel talba, b'raġunament, tabella għall-avviżi tal-Burokrati, biex jitlob aċċess ta' amministratur tal-interfaċċja. It-talba tibqa’ miftuħa għal 48 siegħa għal talbiet għall-ewwel darba. Talbiet ta' amministrazzjoni mill-ġdid, mingħajr kumplikazzjonijiiet, ma jkollhomx perjodu ta' stennija. L-ebda avviż f'noticeboards oħra mhu meħtieġ. Il-burokrati jistgħu jistaqsu dwar għaliex l-amministratur qed jitlob aċċess fid-diskrezzjoni tagħhom. L-edituri kollha jistgħu jiddiskutu l-applikazzjoni, iżda d-deċiżjoni finali hija tal-burokrata reviżur. Il-burokrati ma jistgħux jassenjaw aċċess għalihom infushom.[4]
  • Tul tad-dritt: Permanenti b'mod awtomatiku, jista' jkun temporanju jekk mitlub.[7]

Tneħħija ta' permessi

immodifika

Il-permess għandu jitneħħa mill-burokrati fiċ-ċirkostanzi li ġejjin: [7]

  1. Amministraturi tal-interface li ma għamlu l-ebda editjar jew azzjonijiet oħra illoggjati għal mill-inqas xahrejn jew li ma għamlu l-ebda editjar bl-użu tal-permess għal mill-inqas 6 xhur għandu jkollhom id-dritt tal-utent imneħħi.
  2. Talba volontarja mill-amministratur tal-interface fil- Wikipedija:Tabella għall-avviżi tal-Burokrati.
  3. Wara użu ħażin tal-aċċess b'kunsens tal-amministraturi.
  4. Mat-tneħħija tal-aċċess għall-amministratur, għal kwalunkwe raġuni.
  5. Fuq talba tal-Kumitat tal-Arbitraġġ .

Kwalunkwe operatur ta' bot li jitlob aċċess għall-bot(s) tiegħu għandu jkollu d-dritt tal-utent b'mod permanenti huwa stess.[7] Bħal fil-każ tal-kontijiet regolari tal-amministratur tal-interface, il-kontijiet bot b'dan il-permess għandu jkollhom 2FA attivat u jużaw password b'saħħitha.

Aċċess tekniku

immodifika

Hemm żewġ tipi ġenerali ta' paġni fl-ispazju tal-isem MediaWiki : Paġni tal-messaġġi u paġni tal-konfigurazzjoni tas-sit. L-amministraturi tal-interfaċċja jistgħu jimmodikaw u jħassru dawn il-paġni u jistgħu jimmodifikaw il-paġni tal-konfigurazzjoni tal-utent li jgħixu fl-ispazju tal-utent ta' edituri oħra. Amministraturi li mhumiex amministraturi tal-interfaċċja jistgħu jimmodifikaw u jħassru l-biċċa l-kbira tal-paġni tal-messaġġi, iżda mhux kollha.

Amministraturi u sorveljanti li mhumiex amministraturi tal-interfaċċja jistgħu jħassru u jirrevedu t-tħassir (jew irażżnu fil-każ ta' sorveljanti) paġni JS jew CSS li jgħixu fl-ispazju tal-utent ta' edituri oħra, kif ukoll jaraw ir-reviżjonijiet imħassra tagħhom. Madankollu, ma jistgħux jirrestawraw reviżjonijiet ta' dawk il-paġni. Kemm l-amministraturi regolari kif ukoll l-amministraturi tal-interfaċċja jistgħu jimmodifikaw il-paġni JSON fl-ispazju tal-isem MediaWiki jew fl-ispazju tal-utent ta’ edituri oħra.

Referenzi u noti

immodifika
  1. ^ Sitewide pages, such as MediaWiki:Common.js or MediaWiki:Vector.css, or the gadget pages listed on Special:Gadgets, and the JS, CSS, and JSON subpages of other accounts.
  2. ^ Any administrator can edit other pages in the MediaWiki namespace and all JSON pages, and all registered users may edit their own personal JS/CSS/JSON pages as used by Wikipedia:User scripts.
  3. ^ WMF 2FA requirement as published on Meta-Wiki.
  4. ^ a b Limited to administrators in this September 2018 RfC
  5. ^ Limited to administrators in this October 2018 RfC
  6. ^ Meta:Interface administrators: "For legal and security reasons, the Wikimedia Foundation has decided that Two factor authentication is required for this role on all projects".
  7. ^ a b ċ This process was approved in this RfC.