Ugo Grozju: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Michiel Jansz van Mierevelt - Hugo Grotius.jpg|thumb|230px|Hugo Grotius - Ritratt impitter minn Michiel Jansz van Mierevelt, 1631]]
'''Ugo Grozju''' (Hugo Grotius, Huigmagħruf deukoll Groot,bħala jew Hugo'''Huig de Groot)''' ([[Delft]], [[10 ta' April]] [[1583]][[Rostock]], [[28 ta’ta' Awwissu]] [[1645]]) kien ġurista, filosfu u kittieb [[Pajjiżi l-Baxxi|Olandiż]].
 
'''Ugo Grozju''' (Hugo Grotius, Huig de Groot, jew Hugo de Groot) (Delft, 1583 – Rostock, 28 ta’ Awwissu 1645) kien ġurista, filosfu u kittieb Olandiż.
 
Ħadem bħala ġurista fil-Provinċji Uniti (il-lum il-[[Pajjiżi l-Baxxi]]) u bena s-sisien tad-Dritt Internazzjonali, ibbażat fuq id-Dritt Naturali. Kien ukoll filosfu, kittieb tat-teatru, u poeta.
Line 7 ⟶ 6:
== Bijografija ==
 
Fil-ktieb tiegħu ''Mare Liberum'', Ugo Grozju ifformula l-prinċipju innovattiv li l-baħar huwa territorju internazzjonali u li l-ġnus kollha huma liberi li jikkummerċjaw f’rototf'rotot marittimi. Grozju meta ħabbar il-“libertà tal-ibħra” ta ġustifikazzjoni ideoloġika għall-ksur ta' xi monopolji kummerċjali min-naħa tal-flotta Olandiża (li mbagħad għaddiet biex tistabbilixi dawk tagħha).
 
L-[[Ingilterra]], li kienet qed tissielet mal-Olandiżi ħalli tikseb qagħda fuqana fil-kummerċ dinji, opponietha din l-idea, u ħabbret is-sovranità tagħha fuq l-ibħra madwar il-Gżejjer Brittanniċi. Fil-''Mare clausum'' (1635) [[John Selden]] ittanta juri kif kien possibbli li l-ibħra tagħmilhom tiegħek, hekk kif jiġri bl-artijiet. Billi f’dakf'dak li għandu x’jaqsamx'jaqsam mal-ibħra kien hemm bosta kontroversji, l-Istati li jagħtu fuq il-baħar iddeċidew li jinvokaw il-prinċipju li l-baħar huwa estensjoni tat-terraferma. Fil-fatt, instabet soluzzjoni min-naħa ta' [[Cornelius Bynkershoek]] li fid-''De dominio maris'' (1702) issuġġerixxa li d-dominju fuq l-ibħra kien limitat għal dak li seta’seta' jintlaqat minn kanun li jkun fuq it-terraferma (jiġifieri, l-ibħra biss li jistgħu jiġu difiżi mill-art). Din ir-regola ntlaqgħet universalment u kienet imtejba mill-hekk-imsejjaħ limitu ta’ta' tliet mili.
 
Aktar tard, din it-tilwima kellha implikazzjonijiet ekonomiċi siewja. Ir-Repubblika Olandiża kien isostni l-idea tal-iskambju liberu (minkejja li kienet imponiet il-monopolju tagħha fuq il-kummerċ tan-noċemuskata u tal-imsiemer tal-qronfol fuq il-Gżejjer Molukki). L-Ingilterra, mill-banda l-oħra, fl-1651 għaddiet in-''Navigation Act'', li bih ippermettiet li fil-pajjiż jidħlu biss il-prodotti trasportati mill-bastimenti Ingliżi. Dan wassal għall-ewwel gwerra Anglo-Olandiża (1652 - 1654).
[[Stampa:Hugo de Groot.jpg|thumb|150px|left|Mafkar Ugo Grozju]]
Grozju kien sostenitur tal-Istati Ġenerali Olandiżi, u għalhekk kontra l-i''statolder'' Mawrizju ta’ta' Nassau, bin Gulielmu I d'Orange (Gulielmu s-Sieket). Safa arrestat minn Mawrizju nhar id-29 ta’ta' Awwissu 1618, flimkien ma’ma' Johan van Oldenbarnevelt. Wara proċess sommarju, Van Oldenbarnevelt safa kkundannat għall-mewt u ġġustizzjat, filwaqt li Grozju safa kkundannat għomru l-ħabs fil-Kastell ta’ta' Loevenstein. Fl-1621 irnexxielu jaħrab billi nħeba f'senduq għall-kotba, u stkenn Pariġi. Fl-Olanda huwa magħruf l-aktar għal dil-ħarba rokamboleska tiegħu. Kemm il-Rijksmuseum f’Amsterdamf'Amsterdam, kemm il-Het Prinsenhof f’Delftf'Delft jisħqu li għandhom is-senduq oriġinali.
 
Grozju għex fi żmien il-gwerra tat-Tmenin Sena bejn Spanja u l-Pajjiżi l-Baxxi u l-gwerra tat-Tletin Sena bejn il-ġnus Ewropej Protestanti u dawk Kattoliċi. Mhux tal-għaġeb għalhekk li kien interessat fit-tilwim bejn il-ġnus u wkoll dak bejn ir-reliġjonijiet. Kien Kalvinista moderat u kellu ħafna kuntatti mad-dinja Kattolika u saħansitra kien jittama li għad ikun hemm riunifikazzjoni tal-Knejjes Insara. Fl-1625 ippubblika l-ktieb ''De iure belli ac pacis'' (''Il-Liġijiet tal-Gwerra u tal-Paċi''), fejn ippreżenta t-teorija tal-gwerra ġusta u saħaq li kull ġens kien marbut bil-prinċipji tad-Dritt Naturali.
Line 24 ⟶ 23:
[[File:Annotationes ad Vetus Testamentum.tif|thumb|''Annotationes ad Vetus Testamentum'', 1732]]
 
Grozju hu meqjus, flimkien ma’ma' [[Francisco de Vitoria]], bħala missier id-Dritt Naturali fl-epoka moderna. Barra minn hekk, fil-ktieb tiegħu ''De iure belli ac pacis'' hemm kwadru sħiħ tat-tendenzi li mbagħad wasslu għar-razzjonaliżmu modern.
 
Waħda mit-teoriji ġusfilosofiċi l-aktar importanti fformulati minn Grozju kienet dik tal-"kuntratt soċjali"', jiġifieri li l-istat tan-natura jidderiva minn tendenza tal-bniedem li jasal li jistitwixxi flimkien ma’ma' dawk bħalu forma determinata ta’ta' komunità politika, paċifika u konkordi ( ''appetitus societatis'' ).
 
Il-kuntratt soċjali jitwettaq meta l-istat tan-natura jsir imprattikabbli, vjolenti u insigur minħabba li jkunu tkattru l-ħtiġiet, naqsu r-rikezzi disponibbli u fiġġew l-istinti egoistiċi.
 
F’danF'dan il-każ, il-bnedmin, minħabba li jkun hemm utilità komuni, jgħaddu mill-istat tan-natura għall-istat ċivili u jittrasferixxu lil sovran, permezz ta’ta' patt, il-poter li jista' jġib bil-koerċizzjoni r-rispett għall-isfera ta’ta' interessi ta’ta' kull individwu, li jżomm l-ordni soċjali u l-paċi.
 
Dan il-kuntratt, li fih jiġu ffissati l-jeddijiet tal-wieħed u l-poteri tas-sovran, joħloq l-Istat u l-poter tiegħu kif ukoll iż-żewġ sferi distinti tad-Dritt Pubbliku u d-Dritt Privat. L-Istat jiġi konċepit minn Grozju bħala makroindividwu li jista’jista', bħal individwu, iżomm relazzjonijiet mal-bnedmin b'mod differenti mill-polis griega jew mill-corpora medjevali. Din l-idea akkumpanjat l-iżvilupp tal-borgeżija u ttraduċiet ruħha fl-idea ġusnaturalistika li tgħid li l-bniedem għandu l-istrumenti neċessarji ħalli jsir jaf u b’hekkb'hekk jiddomina d-dinja permezz tal-kixfiet u sejbiet xjentifiċi l-ġodda.
 
== Il-Verità tar-Reliġjon Nisranija ==
 
Ugo Grozju kiteb kiteb li fih ħabbar li jħaddan il-Kristjaneżmu, bl-isem ''De veritate religionis Christianae'', ippubblikat fl-1632, li ġie tradott mil-Latin fl-Ingliż, Għarbi, Persjan u Ċiniż minn Edward Pococke. Intuża mill-missjunarji fl-Orjent u baqa’baqa' jiġi stampat sa tmiem is-seklu XIX. Kien l-ewwel ktieb ta’ta' apoloġija Nisranija u kien maqsum f’sittf'sitt partijiet. Parti mit-test hi dwar il-kwestjoni emerġenti tal-konsapevolezza storika tal-awtorità u l-kontenut tal-Vangeli kanoniċi. Partijiet oħrajn kienu jirrigwardaw ir-reliġjonijiet pagani, l-Ebrajiżmu u l-Islam. Dak li jagħżel lil dan ix-xogħol minn oħrajn fl-ambitu tal-apoloġetika Nisranija huwa r-rwol ta’ta' prekursur ta’ta' wħud mill-problemi li fiġġew fid-deiżmu tas-seklu XVIII, u li Grozju kien l-ewwel wieħed li ddefenda l-fidi Nisranija fil-kamp tal-apoloġetika legali jew ġuridika.
 
{{DEFAULTSORT:Grozju, Ugo}}
[[Kategorija:Filosofija]]
[[Kategorija:ĠuridikaTwieldu fl-1583]]
[[Kategorija:FilosofijaMietu fl-1645]]
[[Kategorija:Filosofi Olandiżi]]
[[Kategorija:Teoloġi Olandiżi]]
[[Kategorija:Ġuristi Olandiżi]]