Bonaparte à Malte (ktieb): Differenza bejn il-verżjonijiet

ktieb
Content deleted Content added
Paġna ġdida: '''''Bonaparte à Malte''''' huwa ktieb tal-2008 miktub minn Frans Sammut, b’daħla ta’ Dr Dr Paul Borg Olivier (Argo, Malta, 153 pp, ISBN: 97899...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 22:36, 20 Ġunju 2011

Bonaparte à Malte huwa ktieb tal-2008 miktub minn Frans Sammut, b’daħla ta’ Dr Dr Paul Borg Olivier (Argo, Malta, 153 pp, ISBN: 9789993288060). L-oriġinali bil-Malti jismu, Bonaparti f'Malta, u kien ħareġ fl-1998.

Il-ktieb huwa msejjes fuq dokumenti tal-epoka mill-arkivji ta’ Malta, u jagħti rendikont dettaljat tas-sitt ijiem li Napuljun Bonaparti qatta’ f’Malta fl-1798, kif ukoll analiżi politika tas-sitwazzjoni taħt l-Ordni ta’ San Ġwann u l-konsegwenzi politiċi u kulturali tal-konkwista ta’ Malta minn Bonaparti.

Fi kliem il-kittieb u Prim Ministru ta’ Malta Alfred Sant, Bonaparti u l-impatt tiegħu fuq Malta kienu "enduring subjects of [Sammut's] interests and research".[1]

Din hi l-ewwel darba li dawk is-sitt ijiem qed jiġu rrakkuntati bil-Franċiż. Fit-Tmien Kungress tas-Soċjetà Napoleonika Internazzjonali International Napoleonic Society,[2][3] Sammut ippreżenta saġġ jismu "The Enlightenment in Malta and the Coming of Bonaparte",[4] imsejjes fuq ir-riċerka li kien għamel għal Bonaparte à Malte.

Sammut ressaq it-teżi li minkejja li qatta’ żmien tant qasir f’Malta, Bonaparti ttanta jdaħħal lill-pajjiż fid-dinja moderna. Ħareġ għadd ta’ digrieti bit-tir li joħloq riorganizzazzjoni sħiħa tal-gvern u s-soċjetà f’Malta, u pprova jirrevedi l-liġijiet ta’ Malta. It-tneħħija tat-titli nobiljari u l-abolizzjoni tal-jasar kienu l-ewwel provvedimenti li ħa. Ordna li jkun espuls l-Inkiżitur u r-rilaxx tal-priġunieri politiċi tal-Ordni, fosthom il-patrijott Malti, Mikiel Anton Vassalli, li kellu l-istess ideali Illuministi ta’ Bonaparti u li Bonaparti ddeskrivih bħala "the most intelligent prisoner (ever) locked in a cell".[5][6] Filwaqt li fisser ruħu sorpriż li fl-Università ta’ Malta ma kienx hemm it-tagħlim tal-matematika, il-fiżika u l-astronomija, Bonaparti wettaq ukoll sensiela ta’ riformi fil-qasam tal-edukazzjoni.[5]

Għal Sammut Napuljun Bonaparti kien "a different kind of leader... more of an intellectual strategist and philosopher",[5] kwalità li tqiegħdu fl-ogħla rang tal-kmand, flimkien ma’ Ġulju Ċesri u Alessandru Manju.[6]

Parti mir-riċerka għal Bonaparte à Malte, marret fir-rumanz storiku ta’ Sammut tal-1994 dwar Vassalli, Il-Ħolma Maltija, li Alfred Sant iddeskrivieh bħala l-“kapolavur tiegħu" [1] u l-poetessa Ingliża Marjorie Boulton bħala "xogħol monumentali ".[7]

Riferenzi

  1. ^ a b Sant, Alfred (4 May 2011). "Frans Sammut: A Man of Courage", maltastar.com
  2. ^ Report on the Malta Congress, International Napoleonic Society
  3. ^ Compte Rendu du Congrès de Malte, La Société Napoléonienne Internationale (in French)
  4. ^ Eighth International Napoleonic Congress: Napoleon and the Transition to the Modern World, International Napoleonic Society
  5. ^ a b ċ Grech, Scott (13 July 2010). "Napoleon Bonaparte: The first to instigate a divorce debate in Malta", The Malta Independent
  6. ^ a b Grech, Scott (26 July 2010). "Interview with Frans Sammut", The Malta Independent
  7. ^ Maltese works in Esperanto, The Malta Independent, 2 September 2007