Salve Reġina
Is-Salve Reġina hija waħda mill-erba' antifoni Marjani li jinkludu r-Regina Coeli, l-Ave Regina Caelorum, u l-Alma Redemptoris Mater.
Din il-kompożizzjoni li saret fil-Medjuevu, inkitbet bil-Latin u ġiet tradizzjonalment attribwita lil Hermannus Contractus, magħruf ukoll bħala Hermann ta' Reichenau. Tradizzjonalment titkanta bil-Latin, għalkemm jeżistu għadd kbir ta' traduzzjonijiet b'ħafna lingwi.
Test Latin
immodifika- Salve, Regina, Mater misericordiae,
- vita, dulcedo, et spes nostra, salve.
- Ad te clamamus, exsules filii Evae,
- ad te suspiramus, gementes et flentes
- in hac lacrimarum valle.
- Eia ergo, advocata nostra, illos tuos
- misericordes oculos ad nos converte.
- Et Iesum, benedictum fructum ventris tui,
- nobis, post hoc exilium, ostende.
- O clemens, O pia, O dulcis Virgo Maria.
Traduzzjoni għall-Malti
immodifikaL-antifona tas-Salve Regina ġiet tradotta għal għadd ta' lingwi matul iż-żmien. Fost it-traduzzjonijiet li saru, insibu dik għal-lingwa Maltija:
- Sliema għalik, Sultana, Omm tal-ħniena,
- ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik,
- lilek ingħajtu għaliex aħna tturufnati ulied Eva.
- Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu
- f'dan il-wied tad-dmugħ.
- Ejja, mela, avukata tagħna:
- dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena.
- Urina wara dan it-turrufnament lil Ġesù,
- frott imbierek tal-ġuf tiegħek,
- o ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.
Kompożizzjoni
immodifikaIt-talba ġejja mis-seklu 11, imma l-oriġni tal-kompożizzjoni tagħha mhux ċert. It-tradizzjoni l-iżjed mifruxa tattribwixxi l-abbozz ta' din l-antifona lill-patri Hermann ta' Reichenau.[1] Ġiet attribwita wkoll lill-Papa Gregorju VII, lil Sant'Anselmu minn Baggio (miet fl-1086), lil San Pietro ta' Mezonzo, jew lil San Bernard. X'aktarx San Bernard ikkompona biss l-aħħar vers "o clemens, o pia, o dulcis virgo Maria". Il-forma preżenti ġiet formalizzata mill-Abbazija ta' Cluny fis-seklu 12.
Użu
immodifikaFl-1221, id-Dumnikani daħħlu s-Salve Regina fit-talba tal-kumpieta. Iċ-Ċisterċensi bdew jużawha fl-1251. Iċ-Ċertożini mis-seklu 12 bdew ikantawha kuljum fl-għasar.
Fl-1250 il-Papa Gregorju IX approva u ppreskriva l-kant tagħha fl-aħħar tat-talba tal-kumpieta.
Tradizzjonalment tiġi reċitata fl-aħħar tar-Rużarju.
Is-Salve Regina s-soltu tintuża fil-funzjonijiet tal-Knisja Kattolika, l-iżjed fil-jiem qrib il-festi tal-Assunzjoni tal-Madonna (Santa Marija) u tal-Kunċizzjoni.
Fl-1750 l-għaxar versi kienu l-bażi ta' bosta kapitli fix-xogħol Il-Glorji ta' Marija ta' Sant'Alfonsu Marija de Liguori.
It-tema mużikali tal-forma Gregorjana tat-test hi meqjusa li ġejja mis-seklu 11 u tirrappreżenta waħda mill-eżempji l-iżjed antiki ta' mużika sagra li għadha tintuża.
Mużika
immodifikaIllum jeżistu fil-patrimonju Gregorjan (fil-Liber Usualis), żewġ melodiji differenti miktuba fuq dan it-test. L-ewwel waħda, ftit iżjed meliżmatika, fl-ewwel mod (Dominica ad Completorium), tidher fix-xbiha iżjed 'l fuq. It-tieni waħda fil-ħames mod (tonus simplex), hi iżjed sempliċi minn dik li s-soltu nisimgħu fil-knejjes. Imbagħad hemm għadd kbir ta' kompożituri, li matul l-istorja nqdew b'dan it-test biex jimmużikawh. Fost dawn ta' min isemmi: