Salvatore Accardo

vjolinist u surmast klassiku Taljan

Salvatore Accardo ([salvaˈtoːre akˈkardo]; twieled fis-26 ta' Settembru 1941 f'Torino, l-Italja) huwa vjolinist u surmast Taljan, li huwa magħruf għall-interpretazzjonijiet tiegħu tax-xogħlijiet ta' Niccolò Paganini.[1]

Salvatore Accardo
Ħajja
Twelid Torino, 26 Settembru 1941 (83 sena)
Nazzjonalità Renju tal-Italja
Italja
Edukazzjoni
Alma mater Akkademja Mużikali ta' Chigi
Lingwi Taljan
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni vjolinist klassiku
surmast tal-orkestra
Post tax-xogħol Ruma
Impjegaturi Accademia Nazionale di Santa Cecilia (mul) Translate
Premjijiet
Moviment artistiku mużika klassika
Strument/i tal-mużika vjolin
Tikketta tar-reġistrazzjoni RCA Records (mul) Translate
Philips Records (mul) Translate
Deutsche Grammophon
Philips Classics Records (en) Translate

Accardo għandu vjolin wieħed tat-tip Stradivari, il-"Hart ex Francescatti" tal-1727 u fl-imgħoddi kellu ieħor, il-"Firebird ex Saint-Exupéry" tal-1718.

Bijografija

immodifika
 
Ritratt ta' Salvatore Accardo fl-1968, fl-ewwel minn tliet tours famużi fin-Nofsinhar tal-Afrika organizzati minn Hans Adler.

Salvatore Accardo studja l-vjolin fin-Nofsinhar tal-Italja, fil-belt ta' Napli, fis-snin 50 tas-seklu 20. Huwa daqq għall-ewwel darba fuq livell professjonali meta kellu 13-il sena, u daqq Capricci ta' Paganini. Fl-1958 Accardo sar l-ewwel rebbieħ tal-premju tal-Kompetizzjoni ta' Paganini f'Genova.[2]

Fis-snin 70 tas-seklu 20 huwa kien is-surmast ta' orkestra tal-kamra Taljana famuża magħrufa bħala "I Musici" (1972-1977).

Imbagħad kien student fl-Akkademja Mużikali ta' Chigi fi Siena, u wara għallem hemmhekk mill-1973 sal-1980.

Accardo stabbilixxa l-Kwartett ta' Accardo fl-1992 u kien wieħed mill-fundaturi tal-Akkademja ta' Walter Stauffer fl-1986.

Huwa stabbilixxa l-Ġimgħa Mużikali Internazzjonali (bit-Taljan: Settimane Musicali Internazionali) f'Napli u l-Festival tal-Korda ta' Cremona fl-1971, u fl-1996, huwa stabbilixxa mill-ġdid l-Orkestra tal-Kamra Taljana (bit-Taljan: Orchestra da Camera Italiana - O.C.I.). Il-membri tal-orkestra huma l-aqwa studenti tal-Akkademja ta' Walter Stauffer. L-iżjed studenti famużi huma Alessio Bidoli, Franco Mezzena u Anastasiya Petryshak.[2]

Huwa daqq il-mużika ta' Paganini għall-mużika tal-film tal-1989 Kinski Paganini.

Fl-2004, huwa reġa' lura fi Siena, u issa jgħallem fl-Akkademja Mużikali ta' Chigi.[2]

 
Salvatore Accardo hu u jdoqq fil-Palazzo del Quirinale, Ruma, meta ngħata l-"Premju Leonardo" u "Kwalità Italja", il-21 ta' Settembru 2000
  • L-Italja: Uffiċjal Kbir tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana (Ġunju 1965)[3]
  • L-Italja: Kavallier tas-Salib il-Kbir tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana (Ottubru 1982)[3]
  • Monaco: Kmandant tal-Ordni tal-Mertu Kulturali (Novembru 1999)[4]

Diskografija

immodifika

Huwa rreġistra l-24 Capricci ta' Paganini (li rreġistra mill-ġdid fl-1999) għall-vjolin solista u kien l-ewwel vjolinist li rreġistra s-sitt kunċerti kollha tal-vjolin ta' Paganini. Huwa għandu diskografija estensiva ta' kważi 50 reġistrazzjoni ma' Philips, DG, EMI, Sony Classical, Foné, Dynamic, u Warner-Fonit. Huwa rreġistra s-Sonati tal-Korda ta' Rossini, il-ħarġa 6769 024 tal-1981, u album ta' xogħlijiet klassiċi u kontemporanji fl-1995 fuq il-Guarneri del Gesù ta' Paganini bil-vjolin tal-1742, imsejjaħ Il Cannone. Huwa rreġistra wkoll is-sonati kompluti għall-vjolin u għall-pjanu ta' Mozart flimkien ma' Bruno Canino.

  • Diabolus in Musica, Accardo interpreta lil Paganini, 1996

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Le onorificenze della Repubblica Italiana". www.quirinale.it. Miġbur 2021-09-26.
  2. ^ a b ċ Eldercrock (2014-06-21). "Celebrated musicians' concert tours of Southern Africa 1953 -1978: Salvatore Accardo, Italian Violinist". Miġbur 2021-09-26.
  3. ^ a b "Le onorificenze della Repubblica Italiana". www.quirinale.it. Miġbur 2021-09-26.
  4. ^ "N° 7418 du VENDREDI 26 NOVEMBRE 1999 * Ordonnance Souveraine n° 14.274 du 18 novembre 1999 portant promotions". www.legimonaco.mc. Miġbur 2021-09-26.