Fenek tal-vulkan

(Rindirizzat minn Romerolagus)

Il-fenek tal-vulkan (Romerolagus diazi), magħruf ukoll bħala teporingo jew conejo zacatuche huwa mammiferu plaċentat erbivoru ċkejken tal-familja Leporidae li jgħix qalb il-muntanji vulkaniċi tal-Messiku. Dan huwa it-tieni l-iżgħar fenek fid-dinja u fenek tal-vulkan adult jiżen bejn 390 u 600 gramma, ftit akbar biss mil-fenek pigmew u għandu par widnejn żgħar ġejjin għat-tond, erba' saqajn qosra u pil qasir u oħxon.

Fenek tal-vulkan
Stat ta' konservazzjoni

Invalid status IUCN3.1 :


 (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniLagomorpha
FamiljaLeporidae
ĠeneruRomerolagus (en) Romerolagus
speċi Romerolagus diazi
, 1893
Distribuzzjoni ġeografika
Informazzjoni ġenerali
Tqala 39 ġurnata

Il-fenek tal-vulkan jgħix f'bejtiet taħt l-art fi gruppi minn 2 sa 5 u xi ħaġa rari fost il-fniek f'każ ta' periklu bħala komunikazzjoni, juża' ħsejjes bħal twerżieqa irqieqa u għolja minflok it-tisbit tas-saqajn mal-art li jużaw ħafna speċi ta' fniek oħra. Dan huwa fenek notturn u għalkemm attiv matul il-lejl kollu, il-quċċata tal-attività tiegħu tkun fi tlugħ u nżul ix-xemx.

Il-popolazzjoni fis-salvaġġ tal-fenek tal-vulkan fl-1969 kienet niżlet drastikament għal mhux aktar minn 1,200 fenek. Illum il-ġurnata bħala sigurtà kontra l-possibilità ta' estinzjoni ta' dan il-fenek fis-salvaġġ, jeżistu kolonji ta' ripproduzzjoni f'Jersey Zoo, fir-Renju Unit u f'Chapultepec Zoo, fil-Belt tal-Messiku (Olney & Ellis, 1993).

Distribuzzjoni

immodifika

Il-fenek tal-vulkan huwa speċi endemika tal-Messiku u jgħix fuq il-ġnub tal-vulkani Iztaccihuatl, Pelado, Popocatépetl u Tlaloc f'għoli bejn 2,800 u 4250 metru ġo foresti tal-pinu fejn jikber ħafna ħaxix taħt is-siġar u f'artijiet b'ħagar vulkaniku li jissejħu assi transversali neo-vulkaniċi.

Klassifikazzjoni

immodifika

Referenzi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika