Raimondo Vianello

Raimondo Vianello (twieled fis-7 ta' Mejju 1922 – miet fil-15 ta' April 2010) kien attur, xeneġġjatur u preżentatur Taljan u ikona tat-televiżjoni Taljana. Flimkien ma' Corrado, Mike Bongiorno, Enzo Tortora u Pippo Baudo kien fost il-"missirijiet tat-televiżjoni Taljana". Huwa ħadem ħafna produzzjonijiet televiżivi ma' martu Sandra Mondaini.

Raimondo Vianello
Ħajja
Twelid Ruma, 7 Mejju 1922
Nazzjonalità Italja
Renju tal-Italja
Residenza Milano Due
Mewt Milan, 15 April 2010
Post tad-dfin Campo Verano
Familja
Konjuga/i Sandra Mondaini  (1962 -  2010)
Familja
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni komiku
preżentatur televiżiv
xeneġġatur
attur ċinematografiku
Premjijiet

Bijografija

immodifika

Imwieled Ruma nhar is-7 ta' Mejju 1922, Vianello, lejn l-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija, flimkien ma' numru ta' personaġġi oħra bħal Dario Fo, Walter Chiari u Ezra Pound, kien miżmum fil-kamp ta' konċentrament ta' Coltano, fl-Italja, mill-Alleati. Bejn l-aħħar tas-snin erbgħin u l-bidu tas-snin ħamsin huwa kien atleta u direttur taċ-Centro Nazionale Sportivo Fiamma, u kien ukoll attur tat-teatru. Lejn l-aħħar tas-snin ħamsin huwa beda wkoll xogħol fiċ-ċinema u t-televiżjoni.

Karriera televiżiva

immodifika

Vianello żżewweġ lil Sandra Mondaini fl-1962 u minn hemm bdiet karriera flimkien fuq diversi stazzjonijiet Taljani li inkludew l-istazzjon statali, RAI, u l-istazzjonijiet tal-kumpanija mmexxija minn Silvio Berlusconi, li llum hi magħrufa bħala Mediaset. Vianello deher f'79 film, f'31 programm televiżiv bħala attur jew preżentatur u kiteb 14-il skript.

Iċ-ċajt satiriku, kritiku u intelliġenti tiegħu kien niggieżi, iżda qatt ma jweġġa' personalment jew jaqa' fil-baxx. Kien imfittex ukoll bħala preżentatur kemm għall-edizzjoni ta' Sanremo tal-1998 kif ukoll għal programmi sportivi bħal Pressing, li hu dam jagħmel għal tmien snin sħaħ, u għal kwizzijiet bħal Zig Zag u Il Gioco del 9.

Però l-iktar li kien segwit kien fis-sitcom Casa Vianello, li damet tintwera għal ħafna snin. L-istorja wara din is-serje kienet tal-koppja Sandra u Raimondo, li għalkemm ma joqogħdux mingħajr xulxin, il-ħin kollu jillitikaw u jargumentaw. Ix-xena tal-għeluq ta' kull edizzjoni tas-sensiela kienet hekk: wara xi avventura kienu jispiċċaw fis-sodda, Raimondo jipprova jaqra bil-kwiet La Gazzetta dello Sport u Sandra min-naħa l-oħra teqred u tgerger li qatt ma jiġri xejn u tgħid il-famuża frażi "Che noia, che barba, che barba, che noia", filwaqt li xxejjer u tgħolli saqajha taħt il-friex.

Ħajja privata

immodifika

Fil-ħajja proprja tagħhom, Sandra u Raimondo qatt ma kellhom tfal tagħhom, però kienu adottaw żewġ subien mill-Filippini li huma semmew Raimondo u Gianmarco. Mistoqsija mill-gazzetta La Repubblica dwar kemm il-karattri proprja tal-koppja joħorġu fit-televiżjoni, Mondaini sostniet, "Kollox, ħlief il-qrun, li Raimondo mhux kapaċi jagħmilli!"

Vianello miet nhar il-Ħamis 15 ta' April 2010 f'Milan.[1] Huwa kien iddaħħal l-isptar fl-4 ta' April, u miet ħdax-il jum wara kawża ta' insuffiċjenza renali.[2]

Is-saħħa ta' martu, Sandra Mondaini, qalbet għall-agħar wara mewtu. Hija mietet ħames xhur wara, nhar il-21 ta' Settembru 2010.

Programmi televiżivi

immodifika
  • Un due tre (ma' Ugo Tognazzi) (mill-1954 sal-1959)
  • Canzonissima (1958)
  • Studio uno (1959)
  • Giro a segno (1956)
  • Natale con chi vuoi (1956)
  • Appuntamento a Roma (1957)
  • Studio uno (1959)
  • Il signore di mezza età (1963)
  • Il giocondo (mill-1963 sal-1964)
  • Biblioteca di Studio Uno: Il fornaretto di Venezia (1964)
  • Qui Stoccolma vi parla Raimondo Vianello (1965)
  • Il tappabuchi (1967)
  • Su e giù (1968)
  • Canzonissima (1969)
  • Sai che ti dico? (1972)
  • Rivediamoli insieme (1974)
  • Tante scuse (1974)
  • Di nuovo tante scuse (1975 sal-1976)
  • Noi... no! (1977 sal-1978)
  • Io e la Befana (1978 sal-1979)
  • Una rosa per la vita (mill-1980 sal-1982)
  • Sette e mezzo (1980)
  • Stasera niente di nuovo (1981)
  • Attenti a noi due (1982)
  • Attenti a noi due 2 (1983)
  • Zig zag (3 edizzjonijiet) (mill-1983 sal-1986)
  • Sandra e Raimondo Show (1987)
  • Il gioco dei 9 (mill-1988 sal-1990)
  • Casa Vianello (mill-1988 sal-2007)
  • Quel motivetto (1990)
  • Buon Compleanno Canale 5 (1990)
  • Studio tappa (1994)
  • Pressing (mill-1991 sal-1999)
  • Studio tappa (1996)
  • Cascina Vianello (1996)
  • I misteri di Cascina Vianello (1997)
  • I tre tenori (1998)
  • Festival di Sanremo 1998 (1998)
  • Pressing Champions League (opinjonista) (mill-2000 sal-2006)
  • Sandra e Raimondo Supershow (2004)
  • Crociera Vianello (2008)

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Popular Italian TV comedian Raimondo Vianello dies" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2010-04-15.
  2. ^ Morgoglione, Claudia (2010-04-15). "E' morto a Milano Raimondo Vianello. Gran signore dello humour televisivo" (bit-Taljan). La Stampa. Miġbur 2010-04-16.

Ħoloq esterni

immodifika