Radoje Domanović
Radoje Domanović (Frar 16, 1873 – Awissu 17, 1908) kien kittieb, ġurnalist u għalliem Serb, li kien famuż l-aktar minħabba l-istejjer qosra satiriċi tiegħu.
Radoje Domanović | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ovsište (en) , 4 Frar 1873 (in Julian calendar) |
Nazzjonalità | Renju tas-Serbja |
Mewt | Belgrad, 4 Awwissu 1908 (Julian) |
Post tad-dfin | Ċimiterju Ġdid ta’ Belgrad |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (tuberkulożi) |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
First Kragujevac Gymnasium (en) Università ta’ Belgrad (1890 - 1894) : storja, filologíja |
Lingwi | Serb |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb għalliem kittieb tal-fantaxjenza ġurnalist editur |
Xogħlijiet importanti | The Leader (en) |
Bijografija
immodifikaRadoje Domanović twieled fil-villaġġ ta’ Ovsište fiċ-ċentru tas-Serbja. Temm l-iskola medja ta’ Kragujevac, u ggradwa mill-Fakultà tal-Filosofija tal-Università ta’ Belgrad, fejn studja l-lingwa Serba u l-istorja.[1] Mill-1895 sal-1898 Domanović ħadem bħala għalliem tal-lingwa Serba u tal-istorja fin-Nofsinhar tas-Serbja.
Matul il-perjodu tat-tagħlim, beda jikteb l-ewwel stejjer realistiċi tiegħu. Minħabba l-affiljazzjoni tiegħu mal-oppożizzjoni, tilef xogħlu u mar joqgħod f’Belgrad ma’ familtu. F’Belgrad, beda jaħdem bħala ġurnalist ma’ ħafna gazzetti, jikteb artikli politiċi u stejjer satiriċi, li fihom kien jattakka u jikxef l-ipokresija u l-falsitajiet tar-reġim li kien fil-poter. Il-ksib tal-fama ta’ Radoje ġie bil-pubblikazzjoni tal-istejjer magħrufa tiegħu, bħal “Mexxej” (1901) u “Sofferbja” (oriġinarjament “Stradija”, 1902). Minħabba l-attitudni li kellu li bħal donnok ma tistax tilħaq ftehim miegħu, sar magħruf bħala wieħed mill-opponenti ewlenin tad-dinastija ta’ Obrenović u r-reġim reazzjonarju tagħha.
Wara il-waqgħa tal-gvern fl-1903 u tibdil fir-reġim, Domanović ingħata l-kariga ta’ kittieb fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, u l-gvern il-ġdid ippermettilu jmur il-Ġermanja għal sena ta’ speċjalizzazzjoni li huwa qatta’ fi Munich. Lura fis-Serbja, Radoje baqa’ diżappuntat min-nuqqas ta’ bidla fis-soċjetà. Stabbilixxa l-gazzetta politika tiegħu stess ta’ kull ġimgħa, “Sofferbja”, li fiha kompla jikkritika id-dgħufija tad-demokrazija l-ġdida, iżda l-kitba tiegħu ma kienx għad għandha l-istess saħħa u ispirazzjoni li kellha qabel.
Radoje Domanović miet nofs siegħa wara li daqq nofs il-lejl, fis-17 ta’ Awissu 1908, meta kellu 35 sena, wara battalja twila mal-polmonite kronika u mat-tuberkulożi. Ix-xogħlijiet li kien għad fadallu li ma kinux ġew ippubblikati, ġew mitlufa waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija. Minħabba l-irwol importanti fil-ġlieda kontra l-forzi reazzjonarji u bl-għerf tiegħu, huwa ġeneralment ikkunsidrat l-aħjar kittieb satiriku Serb tas-seklu għoxrin.[2]
Xogħol letterarju
immodifikaFtit mill-aktar xogħlijiet magħrufa ta’ Radoje Domanović jinkludu:
- L-abolizzjoni tal-passjonijiet, 1898
- Il-aħar il-mejjet, 1902
- Dimonju, 1898
- Il-Prinċep Marko fost is-Serbi għat-tieni darba, 1901
- Ir-raġunament ta’ gendus Serb ordinarju, 1902
- Mexxej, 1901
- Sofferbja, 1902
Legat
immodifikaĦafna skejjel primarji u libreriji (f’Leskovac, f’Surdulica, f’Rača, f’Topola u f’Velika Plana)[3] fis-Serbja ngħataw isem Radoje Domanović. Il-fondazzjoni “Radoje Domanović” tagħti l-premju bl-istess isem għax-xogħlijiet satiriċi u għall-kontribut kumplessiv tas-satira Serba.
Il-Proġett “Radoje Domanović” inbeda fl-2013[4] bl-għan li l-ġabra ta’ xogħlijiet ta’ Radoje Domanović jiġu diġitalizzati, u jkunu disponibbli b’mod iktar wiesa’ għall-qarrejja madwar id-dinja permezz ta’ traduzzjonijiet tal-istejjer qosra ta’ Domanović.[5]
L-istejjer “Ir-raġunament ta’ gendus Serb ordinarju” u “Mexxej” ġew tradotti bil-Malti għall-Proġett “Radoje Domanović” minn Christianne Portelli.[2]
Referenzi
immodifika- ^ Živojin Boškov (1971). Živan Milisavac (ed.). Jugoslovenski književni leksikon [Yugoslav Literary Lexicon] (in Serbo-Croatian). Novi Sad (SAP Vojvodina, SR Serbia): Matica srpska. p. 97-98.
- ^ a b "Radoje Domanović (Malti)". Proġett “Radoje Domanović” (bil-Malti). 2021-04-01. Miġbur 2021-05-04.
- ^ "COBISS.SR - библиотеке чланице". sr.cobiss.net. Miġbur 2021-05-04.
- ^ "О пројекту" (bis-Serb). 2013-10-17. Miġbur 2021-05-04.
- ^ "Digitisation of complete works of Radoje Domanović (1873–1908) – First Eight Years of the Project, Review of the National Center for Digitization Νо. 36 (PDF)" (PDF).
Ħoloq esterni
immodifikaXogħol komplet ta’ Radoje Domanović (MT) (SR) (EN)