Plovdiv
Plovdiv, hi t-tieni l-akbar belt fil-Bulgarija wara Sofija, b'popolazzjoni ta' 341,873. Hi ċ-ċentru amministrattiv tal-Provinċja Plovdiv fin-nofsinhar tal-Bulgarija, kif ukoll l-akbar u l-iżjed belt importanti fir-reġjun storiku ta' Thrace ta' Fuq, famuż għall-kultura antika u diversa u l-istorja millenjali.
Plovdiv | |||
---|---|---|---|
Bulgarija | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Pajjiż | Bulgarija | ||
Oblast of Bulgaria | Plovdiv (en) | ||
Municipality of Bulgaria | Plovdiv (en) | ||
Kap tal-Gvern | Ivan Totev (en) | ||
Isem uffiċjali |
Пловдив Plovdiv | ||
Ismijiet oriġinali | Пловдив | ||
Kodiċi postali |
4000 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 42°08′32″N 24°44′29″E / 42.142086°N 24.741454°EKoordinati: 42°08′32″N 24°44′29″E / 42.142086°N 24.741454°E | ||
Superfiċjenti | 101.98 kilometru kwadru | ||
Għoli | 172 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 371,536 abitanti (15 Ġunju 2024) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
032 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+2u UTC+3 | ||
bliet ġemellati | Leipzig, Jeddah, Bursa, Leskovac (en) , Petra, Valencia (en) , Thessaloniki, Gyumri (en) , Kumanovo (en) , Košice, Okayama (en) , Brno, Istanbul, Kutaisi, Luoyang (en) , Oħrid, Poznań, San Pietruburgu, Columbia (en) , Changchun, Samarkanda, Lviv, Shenzhen (en) , Ruma, Kastoria, Yekaterinburg, Ivanovo (en) , Donetsk, Daeguu Durlești (en) | ||
plovdiv.bg |
Ġeografija u Isem
immodifikaPlovdiv tinsab fuq ix-xatt tax-xmara Maritsa fil-parti ċentrali ta' Thrace ta' Fuq. Il-kampanja tal-madwar hi nieqsa mill-populazzjoni, għalkemm il-belt dejjem tikber, sa kemm, hi bħal Ruma issa f'bejta madwar sebgħa għoljiet. Għalkemm, it-turisti jirnexilhom jgħoddu biss sitta minnhom, peress li waħda mill-għoljiet inqerdet fil-bidu tas-seklu 20, u issa fadal biss ftiet ġebel li juri din l-għolja fejn kienet.
Matul l-istorja twila tagħha Plovdiv kienet abitata minn nies li tawha ismijiet differenti: fit-Thracian jgħidulha Eumolpias, Pulpudeva; bil-Grieg jgħidulha Filippowpoli u bit-Tork Filibe. Din il-belt bl-Ingliż kienet magħrufa bħalha Philoppopolis sal-bidu tas-seklu 20.
Klima
immodifikaFis-sajf il-klima tkun verament sħuna u xotta, u fox-xiwa tkun ġeneralment umda, imma ġieli tkun ukoll verament kisħa. L-iktar xahar li tagħmel xita fih hu Ġunju b'medja ta' 65mm, filwaqt li l-aktar xahar xott hu Awissu b'medja ta' 27mm. It-temperatura medja ta' matul il-jum f'Lulju tkun 36 grad, filwaqt li f'Jannar tkun 5 gradi. L-iżjed temperatura li qatt ġiet irrekordjata hi 46.7 gradi, u l-anqas waħda hi dik ta' -31.5 gradi.
Kultura
immodifikaMużewijiet u Siti Protetti
immodifikaPlovdiv fih aktar minn 200 sit arkeoloġiku, li 30 minnhom huma t'importanza nazzjonali. Uħud minn dawn is-siti arkeoloġiċi jinkludu t-Teatru Ruman (tal-bidu tas-seklu 2 W.K.) u l-iStadjum (ta' l-aħħar snin tas-seklu 2 W.K.), il-mużajk magnifiku kkulurit tal-villel, il-wieħed tat-tempju episkopali, il-kumpless arkeoloġiku ta' Nebet Tepe u simbolu ta' l-Arkitetura Nazzjonali Bulgura bħal id-Dar Balabanov, id-Dar Kuyumdzhiev, id-Dar Lamartine, u d-djar ta' Georgiadi, Nedkovich, u Hindian.
Ta min isemhi ukoll li hemm aktar minn 30,000 artifatt kulturali, li jinżamgħu fil-ħames mużewijiet ta' Plovdiv: il-Mużew Arkeoloġiku, il-Mużew Storiku, il-Mużew Naturali u l-Gallarija ta' l-Arti. it-Teżor tad-Deheb Panagyurishte li jmur lura għas-sitt seklu Q.K. jinkonsisti f'sitt affarijiet bżonnjużi tad-deheb li flimkien jiżnu 6,000kg.
Il-parti antika ta' Plovdiv hi sit ta' priservazzjoni storika magħrufa għall-istil arkitetoniku tar-Rinaxximent Bulgaru. Il-parti antika għandha wesgħa ta' tliet għoljiet ċentrali - in-Nebet Tepe, id-Dzhambaz Tepe u t-Taksim Tepe. Kważi kull dar fil-parti l-antika hi mimlijha bid-dekor intern u estern.
Il-Mużew Bulgaru ta' l-Avjazzjoni jinsab fit-tarf tal-punent ta' l-Ajruport Internazzjonali ta' Plovdiv.
Knejjes, Moskei u Tempji
immodifikaHemm numru sew ta' knejjes tas-seklu 19, li ħafna minnhom japartjenu l-istil arkitetoniku tal-knisja Ortodossa tal-Lvant. Dawn huma l-knejjes ta' San Kostantinu u Santa Liena, ta' Santa Marina, ta' Nedelja, ta' Santa Petka u tal-Madonna Omm Alla. F'Plovdiv isib ukoll katidralli tal-knisja Kattolika Rumana, l-akbar wieħed minnhom hu ta' San Ludoviku. Hemm knejjes moderni ukoll tal-Metodisti, Battisti, Presbiterjani, u knejjes Protestanti oħra, kif ukoll knejjes Appostoliċi ta' stil eqdem. F'Plovdiv fadal ukoll żewġ moskei minn ta' żmien l-Imperu Ottoman. Hemm ukoll sinagoga waħda.
Teatru
immodifikal-infrastrutura eżistenti tal-belt iżied ma' l-iżvilupp t'attivitajiet kulturali.il-Plovdiv Drama Theatre, jinsab f'idejn l-ewwel grupp professjonali ta' teatru fil-Bulgarija, li twaqqaf fl-1881. il-Plovdiv Puppet Theatre, fetaħ fl-1948, jibqa' wieħed mill-ewwel istituzzjonijiet f'dan il-ġeneru. Fl-1953 twaqfet il-Plovdiv Opera li tat wirjiet professjonali mhux biss fil-Bulgarija, imm' anki fil-Ġermanja, Danimarka, Spanja u fl-Italja.
Xiri
immodifikaF'dan l-aħħar snin inbnew diversi hypermarkets kbar fosthom: Metro, Kaufland, Sany, Praktiker, Billa, Mr. Bricolage u oħrajn. Diversi oħra qegħdin fuq il-pjanta jew taħt kostruzzjoni, fosthom żewġ malls kbar. Iż-żona prinċipali tax-xiri hi t-triq ċentrali b'diversi ħwienet, kaffeteriji, u restoranti. Hemm ukoll diversi malls tax-xiri u ċentri ta' negozju.
Trasport
immodifikaHemm żewġ toroq ewlenin li jgħaddu minn jew qrib Plovdiv, ir-rotot Sofja-Edirne-Istanbul u Sofja-Stara Zagora-Burgas. Bħala ċentru turistiku Plovdiv jinsab fil-qiegħ tal-Muntanji Rhodope, u ħafna nies li jħobbu jiskopru l-muntanji jagħżluh bħala l-ewwel post taż-żjara tagħhom. Hemm tliet stazzjonijiet tal-ferrovija u tliet vendi tax-xarabanks.
Plovdi għandu sistema ta' trasport pubbliku estensiva u żviluppata ħafna, li jinkludu xarabanks u trenijiet. Uħud minn dawn il-linji joħorġu f'diversi villaġġi madwar il-belt. In-noll tax-xarabank u t-tren regolari hu 60 Stotinki kull rikba, imma il-'cab car-pools' iqumu 70 Stotinki r-rikba. il-'cab car-pooling' hu iżjed veloċi, imma anqas komdu, peress li l-vaguni joqgħodu jwaqfu biex irikbu/iħottu kull lok.