Peppi Azzopardi (25 ta' Awwissu, 1959), magħruf ukoll bħala Joe Azzopardi, huwa personalità televiżiva Maltija. Huwa magħruf l-aktar għall-programm popolari Xarabank, li kien jixxandar kull nhar ta' Ġimgħa fuq TVM bejn l-1997 u l-2020.

Peppi Azzopardi
Ħajja
Twelid Kolonja ta' Malta, 25 Awwissu 1959 (65 sena)
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni preżentatur

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ Santu Wistin, fl-iMTADA u ġab diplomi fil-ġurnaliżmu, komunikazzjoni u xjenza politika mill-Università ta' Malta. Għamel xi snin għalliem fil-Kulleġġ Santu Wistin.

Politika

immodifika

Fis-snin tmenin kien attivist tal-grupp "Tan-Numri".

Kien ko-fundatur ta' Alternattiva Demokratika qabel ma din saret partit politiku.

Televixin

immodifika

Kien l-awtur u producer is-sensiela televiżiva satirika "Aħn'aħna jew m'aħniex?" fuq TVM fl-1988.

Fil-bidu tas-snin disgħin, ippreżenta fuq TVM il-programmi "Bir-Rispett kollu" u "Rasimbras" li fihom kien jintervista diversi personaġġi Maltin.

F'April 1997, beda jippreżenta Xarabank mit-Teatru tal-Università. Wara xi żmien beda jsejjaħ lilu nnifsu "Peppi" flok Joe. Peppi Azzopardi sar magħruf għall-ġestwalità tiegħu u l-frażijiet li jirrepeti spiss: "Kif tista' ma ċċempilx?", "Ċemplu 21249200 biex tibbukjaw post fis-sala" u "Fil-qosor jekk jogħġbok".

Jippreżenta wkoll L-Istrina, programm l-għada tal-Milied li jixxandar fuq it-tliet stazzjonijiet ewlenin tat-televiżjoni Maltija.

Azzopardi huwa wkoll ko-fundatur tal-kumpanija ta' produzzjoni televiżiva "Where's Everybody".

Kiteb "Fwawar", ġabra ta' poeżiji fl-1994 u kien jikkontribwixxi b'diversi artikli fil-ġurnali.

Ħajja Personali

immodifika

Huwa miżżewweġ lil Mandy Micallef Grimaud u għandhom tifel, Xandru.