Parks Nazzjonali tal-Lag ta' Turkana
Il-Parks Nazzjonali tal-Lag ta' Turkana huwa grupp ta' tliet parks nazzjonali li jinsabu madwar il-Lag ta' Turkana fil-Kenja. Tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997 u ġie estiż fl-2001.[1] Dawn it-tliet parks nazzjonali jitqiesu bħala importanti minħabba l-użu tagħhom bħala waqfiet ta' mistrieħ għall-għasafar tal-passa, kif ukoll bħala post tat-tnissil għall-kukkudrill tan-Nil, għall-ippopotamu u għas-sriep. Il-parks nazzjonali fihom ukoll fossili fid-depożiti ta' Koobi Fora li huma uniċi fid-dinja. Il-Parks Nazzjonali tal-Lag ta' Turkana jikkonsistu mill-Park Nazzjonali ta' Sibiloi u żewġ gżejjer fil-Lag ta' Turkana (il-Gżira Ċentrali u l-Gżira tan-Nofsinhar).
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIl-Parks Nazzjonali tal-Lag ta' Turkana ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997 u s-sit ġie estiż fl-2001.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[1]
Gallerija
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Lake Turkana National Parks". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-17.