Papa Ċelestinu V

Il-Papa Ċelestinu V, imwieled Pietro da Morrone (Molise, bejn l-1209 u l-1215 – Fumone, 19 ta' Mejju 1296), kien il-192 Papa tal-Knisja Kattolika għal inqas minn 4 xhur, bejn id-29 ta' Awwissu u t-13 ta' Diċembru 1294. Huwa meqjum bħala qaddis tal-Knisja Kattolika u t-tifkira tiegħu ssir fid-19 ta' Mejju.

Papa Ċelestinu V
192. Papa

12 Lulju 1294 - 20 Diċembru 1294
Nicholas IV (en) Translate - Boniface VIII (en) Translate
Ħajja
Isem propju Pietro Angelerio
Twelid Sant'Angelo Limosano (en) Translate, 1215
Nazzjonalità Stati Papali
Mewt Fumone (en) Translate, 19 Mejju 1296
Post tad-dfin Basilica of St. Mary of Collemaggio (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot Kattoliku
Post tax-xogħol L'Aquila
Napli
Festa
19 ta' Mejju
L-inkoronazzjoni tal-Papa Ċelestinu V
Opuscula omnia, 1640

Tliet lokalitajiet fil-Molise jgħidu li Ċelestinu twieled fihom: Isernia, Sant'Angelo Limosano u Sant'Angelo in Grotte. Jingħad li tilef lil missieru ta' eta' żgħira ħafna. Ta' 20 sena huwa mar jgħix ta' eremita, jitlob, jaħdem u jaqra l-bibbja. Huwa mexa mar-regola tal-Benedittini u kienu bosta l-eremiti l-oħrajn li kienu jfittxuh għall-pariri. Dan wasslu biex waqqaf il-Kommunità tal-Ispirtu Mqaddes ta' Maiella (Celestini Benedettini).

Pontifikat

immodifika

Intgħażel Papa fil-5 ta' Lulju, 1294, wara li għal sentejn sħaħ il-konklavi tal-kardinali ma setax jasal għal għażla. Meta huwa kien qalilhom li l-Mulej ma kienx qed jieħu pjaċir b'dan id-dewmien, il-kardinali għażluh Papa u ħa l-isem ta' Ċelestinu V. L-għan ewlieni tal-pontifikat tieghu kien li jirriforma lill-kleru, li ħafna minnhom kienu qed jinqdew bis-saċerdozju tagħhom biex jiksbu s-setgħat temporali. Il-pontifikat tiegħu kien wieħed qasir ħafna li dam 4 xhur biss.

Riżenja

immodifika

Nhar it-13 ta' Diċembru, 1294, Papa Ċelestinu rriżenja mill-kariga tiegħu, l-ewwel Papa li għamel dan fl-istorja tal-Knisja, wara Papa Ponzjanu|Ponzjanu]] (235), Benedittu IX (1045) u Girgor VI (1046).

Huwa miet fid-19 ta' Mejju, 1296. Indifen fil-knisja ta' Sant'Agata f'Ferentino. Aktar tard il-fdalijiet tiegħu ttieħdu fil-Knisja ta' Santa Maria di Collemaggio, fl-Aquila. Ġie iddikjarat qaddis fl-1313. Huwa l-qaddis patrun tal-Aquila u ta' dawk li jillegaw il-kotba.