Opossum sorċid twil tal-Andi
L-Opossum sorċid tal-Andi jew opossum sorċid tal-kondor magħruf xjentifikament bħala Caenolestes condorensis huwa mammiferu marsupjal żgħir tal-Amerika ta' isfel. Dan l-opossum sorċid notturn u solitarju huwa laħħar speċi li ġiet skoperta u xjentifikament deskritta fost is-6 speċi eżistenti.
Opossum sorċid tal-Andi | |
---|---|
Opossum sorċid tal-Andi Caenolestes condorensis | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Paucituberculata |
Familja: | Caenolestidae |
Ġeneru: | Caenolestes |
Speċi: | C. condorensis |
Isem binominali | |
Caenolestes condorensis Albuja and Patterson, 1996 | |
Firxa tal-Opossum sorċid tal-Andi |
Deskrizzjoni
immodifikaDin l-ispeċi hija simili ħafna tal-ispeċi l-oħrajn li qegħdin miġburin fl-istess ġeneru {Caenolestes} għalkemm ta' daqs kemmxejn akbar.
It-tul totali huwa ta' 260 millimetru (ir-ras u l-ġisem 130 millimetru u d-denb ta' 130 millimetru ieħor), filwaqt il-piż totali huwa ta' madwar 48 gramma.
In-nisa ta' dan il-marsupjal ma għandhomx marsupju.
Dieta
immodifikaL-Opossum sorċid tal-Andi huwa marsupjal karnivoru u għandu dieta bbażata fuq varjetà ta' insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar.
Distribuzzjoni
immodifikaL-Opossum sorċid tal-Andi għandu firxa limitata ħafna u jinsab biss fuq il-fruntiera bejn l-Ekwador u l-Peru f' lokalità waħda biss, f' Achupallas (03°27’S, 78°21’W), Cordillera del Cóndor.
Klassifikazzjoni
immodifikaKonservazzjoni
immodifikaL-istat ta' konservazzjoni ta' din l-ispeċi għadu m'huwiex ikklassifikat fil-lista l-ħamra tal-Unjoni Internazzjonali għal-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN red list).
Referenzi
immodifika- Albuja, L. and B. D. Patterson. 1996. A new species of northern shrew-opossum (Paucituberculata: Caenolestidae) from the Cordillera del Condór, Ecuador. Journal of Mammalogy 77:41-53.
- Mammal Species of the World
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 19. ISBN 0-801-88221-4.