Opossum irqiq ta' Pinheiro
L-Opossum irqiq ta' Pinheiro (Marmosops pinheiroi) huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae, fl-ordni Didelphimorphia u huwa wieħed mill-opossumi irqaq nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Opossum irqiq ta' Pinheiro | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill, 1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray, 1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae (Gray, 1821) |
Ġeneru: | Marmosops (Matschie,1916) |
Speċi: | M. pinheiroi |
Isem binominali | |
Marmosops pinheiroi (Pine,1981) | |
Firxa tal-Opossum irqiq ta' Pinheiro |
Dan l-opossum irqiq arborju jew tas-siġar (Nowak, 1999), b'abitudni notturni, ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali u tropikali umdi. Hu huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tiegħu tikkonsisti minn frott u insetti varji. Il-Marmosops pinheiroi huwa speċi b'distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa mal-Brażil, il-Gujana, il-Gujana Franċiża u l-Veneżwela. L-ewwel darba li ġie skopert xjentifikament kien instab fl-inħawi ta' Amapá, Rio Amapari, fl-istat ta' Serra do Navio (0°59'N, 52°03'W) fil-Brażil.
Klassifikazjoni
immodifikaMarmosops pinheiroi, Marmosops bishopi u Marmosops juninensis għal żmien twil kienu meqjusin bħala sottospeċi u b'hekk jirrapreżentaw l-istess speċi Marmosops parvidens. Dan sakemm ġie skopert li M. pinheiroi u M. parvidens jghixu simpatrikament (flimkien fl-istess lokalita) fil-Gujana Franċiża.
- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
immodifika- Mammalia 45; 61.
- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
- Id-Databażi Palebijoloġika
- Infonatura