Opossum irqiq delikat
L-Opossum irqiq delikat jew Opossum ġurdien irqiq delikat, magħruf xjentifikament bħala Marmosops parvidens, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq, nattiv tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel.
Opossum irqiq delikat | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Marmosops (Matschie,1916) |
Speċi: | M. parvidens |
Isem binominali | |
Marmosops parvidens (Tate,1931) |
Dan l-opossum irqiq arborju jew annimal li jgħix il-biċċa l-kbira tal-ġurnata fis-siġar (Nowak,1999), ta' abitudni notturna (annimal li jilħaq il-quċċata tal-attività tiegħu f'xi ħin bejn inżul ix-xemx u t-tlugħ tagħha), ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat kemm ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali, kif ukoll foresti tropikali umdi, f'elevazzjonijiet varji.
DietaImmodifika
L-Opossum irqiq delikat huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħra.
DistribuzjoniImmodifika
Marmosops parvidens huwa speċi b' distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'isfel, mifruxa mal-Brażil, Gujana, Gujana Franċiża, Kolombja, Peru, Surinam u Venezwela. L-ewwel darba li ġie skopert xjentifikament, kien instab fil-Lvant ta' Demerara, fil-Punent tal-kosta Berbice, f'Hyde Park, 30 mil 'l fuq tax-xmara Demerara.
KlassifikazjoniImmodifika
Marmosops pinheiroi, Marmosops bishopi u Marmosops juninensis għal żmien twil kienu meqjusin bħala sottospeċi u b' hekk jirrapreżentaw l-istess speċi Marmosops parvidens, sakemm ġie skopert li M. pinheiroi u M. parvidens jghixu simpatrikament (flimkien fl-istess lokalita) fil-Gujana Franċiża.
ReferenziImmodifika
- Am. Mus. Novit. 493; 13.
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Infonatura
Ħoloq EsterniImmodifika
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Marmosops parvidens In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Lista varja ta' membri fil-ġeneru Marmosops.
- Tassonomija tal-Mammiferi.