Opossum irqiq ta' Bishop
L-Opossum irqiq ta' Bishop, magħruf xjentifikament bħala Marmosops bishopi, huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae, fl-ordni Didelphimorphia u huwa wieħed mill-opossumi irqaq, nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel. Marmosops parvidens bishopi huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal dan l-ispeċi.
Opossum irqiq ta' Bishop | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill, 1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray, 1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae (Gray, 1821) |
Ġeneru: | Marmosops (Matschie, 1916) |
Speċi: | M. bishopi |
Isem binominali | |
Marmosops bishopi (Pine, 1981) | |
Firxa tal-opossum irqiq ta' Bishop |
Dan l-opossum irqiq arborju ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti tax-xita kemm tal-artijiet baxxi kif ukoll tal-muntanji. Minħabba li huwa annimal omnivoru, id-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott u insetti.
Distribuzzjoni
immodifikaMarmosops bishopi instab l-ewwel darba madwar 264 kilometri fit-Tramuntana ta' Xavantina (12º51'S, 51º46'W), f'Serra do Roncador, fl-istat ta' Mato Grosso, il-Brażil. Dan l-opossum irqiq għandu distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u huwa speċi mifruxa mal-foresti tal-muntanji fil-Bolivja u l-Brażil.
Klassifikazzjoni
immodifikaMarmosops pinheiroi, Marmosops bishopi u Marmosops juninensis għal żmien twil kienu meqjusin bħala sottospeċi u b'hekk jirrapreżentaw l-istess speċi Marmosops parvidens, sakemm ġie skopert li M. pinheiroi u M. parvidens jgħixu simpatrikament (flimkien fl-istess lokalità) fil-Gujana Franċiża.
- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
immodifika- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4