Opossum bugeddum ta' mnieħru twil

(Rindirizzat minn Opossum bugeddum taċ-Ċili)

L-Opossum bugeddum ta' mnieħru twil jew Opossum far Ċilen magħruf xjentifikament bħala Rhyncholestes raphanurus, huwa wieħed minn 6 speċi ta' opossumi ġrieden li għadhom ħajjin illum. Dan il-marsupjal żgħir mifrux mal-foresti temperati u dejjem ħodor ta' l-Arġentina u ċ-Ċili. Huwa pjuttost uniku ukoll fost l-ispeċi ta' l-ordni Paucituberculata u għalhekk qiegħed fil-ġeneru Rhyncholestes għalih waħdu.

Opossum bugeddum ta' mnieħru twil
Stat ta' konservazzjoni

Kważi mhedded  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniPaucituberculata
FamiljaCaenolestidae
ĠeneruRhyncholestes (en) Rhyncholestes
speċi Rhyncholestes raphanurus
Osgood, 1924
Distribuzzjoni ġeografika

Deskrizzjoni

immodifika

L-opossumi bugdiedem ta' mneħirhom twil jew opossumi firien Ċileni, kif jgħid l-isem komuni għandhom id-dehra ta' ġurdien ta' geddumu twil u d-daqs simili ta' far. Dawn il-marsupjali huma ikkaratterizzati b' wiċċ twil għall-ponta, b' par għajnejn żgħar u b' denb irqiq u twil kemxejn muxgħar, li qatt ma' jilħaqq in-nofs tat-tul totali.

F' din l-ispeċi ma hemmx dimorfiżmu sessuali u l-adulti tant huma simili ta' xulxin li biex wieħed jiddetermina is-sess irid jeżamina l-formula tas-snien. L-irġiel fix-xedaq ta' fuq għandhom nejba konikali b' għerq wieħed, filwaqt li n-nisa għandhom l-istess nejba qiesa premolari u b' għerq doppju. In-nisa ta' din l-ispeċi ta' marsupjal ma għandhomx marsupju u mgħammrin b' 5 jew 7 żejżiet.

L-opossumi bugdiedem ta' mneħirhom twil għalkemm għandhom par għajnejn żgħar b' vista bagħtuta, xorta waħda huma kaċċaturi attivi ħafna u jikkaċċaw insetti, ħniex u vertebrati u invertebrati żgħar ma' tul il-lejl. Dan kollu jagħmluh bl-għajnuna ta' smiegħ eċċellenti u x-xagħar sensittiv ħafna li għandhom mat-tul kollu ta' wiċċhom.

Distribuzzjoni

immodifika

L-opossumi bugdiedem ts' mneħirhom twil huma marsupjali nattivi tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel u jinsabu mifruxin mal-foresti temperati u dejjem ħodor ta' l-Andi fin-Nofs in-Nahr taċ-Ċili u fil-Lbiċ ta' l-Arġentina, minn mal-kosta sa altitudni ta' madwar 1000 metru.

Is-sottospeċi Rhyncholestes raphanurus continentalis, hija l-popolazzjoni ta' fuq il-kontinent, filwaqt Rhyncholestes raphanurus raphanurus hija l-popolazzjoni ta' fuq il-gżira ta' Chiloè.

Ismijiet komuni

immodifika

Klassifikazzjoni

immodifika

Bublitz fl-1987 għadda suġġeriment, li jkun hemm 2 speċi fil-ġeneru Rhyncholestes (Rhyncholestes raphanurus u Rhyncholestes continentalis). Madankollu il-biċċa l-kbira tal-mammoloġisti ma jimxux ma' din il-klassifikazzjoni ta' Bublitz u jaċċettaw speċi waħda biss b' 2 sottospeċi.

Konservazzjoni

immodifika

Din hija speċi fil-periklu ta' estinzjoni, inkluża fil-Lista l-ħamra ta' l-ispeċi mhedda u qiegħda kklassifikata bħala speċi fi stat vulnerabbli.

Sinonimi

immodifika

Rhyncholestes continentalis huwa sinonimu ta' Rhyncholestes raphanurus

Referenzi

immodifika
  • New World Marsupial Specialist Group (1996). Rhyncholestes raphanurus. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Retrieved on 11 May 2006. Listed as Vulnerable (VU A1c v2.3)
  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 19-20. ISBN 0-801-88221-4.