Oħloq Tbissima hija maratona annwali li ssir Malta fejn jinġabru fondi b'risq il-missjonijiet li tieħu ħsieb is-Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl fil-Perù, il-Pakistan u l-Filippini. L-għan ta' din il-maratona hu li jrawwem kuxjenza missjunarja permezz ta' filmati li jixhdu l-faqar, kif ukoll qsim ta' esperjenzi.

Edizzjoni 2012

immodifika

Din is-sena se tkun l-għaxar edizzjoni tal-maratona Oħloq Tbissima. Din se tkun maratona ta' xandir bejn it-3 u l-4 ta' Awwissu, 2012.

Edizzjoni 2011

immodifika

Għad-disa' sena konsekuttiva, iċ-ĊPI (ĊAM Productions International) organizzat din il-maratona ta' xandir bejn it-8 u l-10 ta' Lulju, 2011. Il-kanzunetta tal-maratona, fuq kliem ta' Fr. Louis Mallia mssp u mużika ta' Fr. Karm Debattista mssp, tkantat minn Glen Vella, Fr. Karm Debattista u l-kor Animae. Wara l-inawgurazzjoni tal-maratona mill-President ta' Malta George Abela, kien hemm 60 siegħa ta' spettaklu u divertiment mxandra fuq l-istazzjonijiet lokali Maltin. Għal din l-edizzjoni nġabru €171,152 li se jintużaw biex tiġi mgħejjuna ukoll Dar San Ġużepp, fejn tfal ta' etajiet differenti jgħammru hemmhekk.

Ħoloq esterni

immodifika