Nikkō

belt fil-Prefettura ta' Tochigi, il-Ġappun

Nikkō (日光市, Nikkō-shi, IPA: [ɲiꜜkkoːɕi]) hija belt li tinsab fil-Prefettura ta' Tochigi, il-Ġappun. Fit-2 ta' Diċembru 2020, ġie stmat li l-belt kellha popolazzjoni ta' 80,239 ruħ f'36,531 unità domestika, u densità tal-popolazzjoni ta' 55 persuna kull kilometru kwadru. L-erja totali tal-belt hija 1,449.83 kilometru kwadru.[1] Nikkō hija destinazzjoni popolari mat-turisti Ġappuniżi u internazzjonali. Fost l-attrazzjonijiet tagħha hemm il-mawżolew tax-shōgun Tokugawa Ieyasu (Nikkō Tōshō-gū) u dak tan-neputi tiegħu Iemitsu (Iemitsu-byō Taiyū-in), u s-Santwarju ta' Futarasan, li jmur lura għas-767 W.K. Hemm ukoll bosta fawwara jaħarqu (onsen) fiż-żona. L-elevazzjonijiet ivarja minn 200 metru sa 2,000 metru.[2] Il-qawl Ġappuniż 日光を見ずして結構と言うなかれ, "Qatt tgħid "kekkō" sa ma tara lil Nikkō"—fejn kekkō tfisser sabiħ, tal-għaġeb jew "Jien sodisfatt"—huwa riflessjoni tas-sbuħija tas-siti f'Nikkō.[3][4]

Nikkō
 Ġappun
Amministrazzjoni
Stat sovranĠappun
Prefecture of JapanTochigi Prefecture (en) Translate
Kap tal-Gvern no value
Isem uffiċjali 日光市
日光町
Ismijiet oriġinali 日光市
Kodiċi postali 321-1292
Ġeografija
Koordinati 36°43′11″N 139°41′53″E / 36.71983°N 139.69817°E / 36.71983; 139.69817Koordinati: 36°43′11″N 139°41′53″E / 36.71983°N 139.69817°E / 36.71983; 139.69817
Nikkō is located in Japan
Nikkō
Nikkō
Nikkō (Japan)
Superfiċjenti 1,449.83 kilometru kwadru
Fruntieri ma' Utsunomiya (en) Translate, Kanuma (en) Translate, Nasushiobara (en) Translate, Shioya (en) Translate, Numata (en) Translate, Midori (en) Translate, Katashina (en) Translate, Minamiaizu (en) Translateu Hinoemata (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 77,027 abitanti (1 Marzu 2021)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 0288
Żona tal-Ħin UTC+9u Japan Standard Time (en) Translate
bliet ġemellati Tainan (en) Translate, Tomakomai (en) Translate, Hachioji (en) Translateu Odawara (en) Translate
city.nikko.lg.jp
Il-pont ta' Shinkyo, wieħed mis-simboli ta' Nikko

Ġeografija immodifika

 
Il-Lag ta' Chuzenji u l-Kaskati ta' Kegon

Nikkō tkopri erja vasta (1,449.83 km2) tal-parti rurali fil-Majjistral ta' Tochigi madwar 140 kilometru fit-Tramuntana ta' Tokyo u 35 kilometru fil-Punent ta' Utsunomiya, il-belt kapitali tal-Prefettura ta' Tochigi. Hija r-raba' l-ikbar belt (skont l-erja) fil-Ġappun, wara Takayama, Hamamatsu u Sapporo.

Mill-belt jgħaddu żewġ xmajjar: ix-xmara Watarase u x-xmara Kinugawa. Il-Lag ta' Chūzenji u l-Kaskati ta' Kegon jinsabu f'Nikkō, l-istess bħall-Ġnien Botaniku. Id-diversi muntanji u kaskati tal-belt għamluha sors importanti ta' enerġija idroelettrika. Iż-żona tal-belt intużat ukoll għall-estrazzjoni tar-ram, tal-aluminju u tal-konkos.

It-temp f'Nikkō jixbah pjuttost lit-temp tal-gżira ta' Hokkaidō fit-Tramuntana, minkejja li Nikkō tinsab iktar fil-qrib ta' Tokyo milli ta' Hokkaidō. L-elevazzjoni ta' Nikkō taqdi rwol importanti f'dan il-fatt. Is-soltu t-temperatura titbaxxa iktar ma wieħed jitla' lejn il-muntanji. It-temperatura medja ta' Nikkō hija ta' madwar 7 °C (44 °F)[5] bl-iktar xhur sħan li jlaħħqu biss madwar 22 °C (72 °F)[6] u fl-iktar xhur kesħin it-temperatura tinżel għal madwar −8 °C (17 °F).[7]

 
Il-Pjazza Dinjija ta' Tobu b'replika tal-Bażilika ta' San Pietru

Muniċipalitajiet tal-madwar immodifika

Il-Prefettura ta' Tochigi:

  • Utsunomiya
  • Kanuma
  • Nasushiobara
  • Shioya

Il-Prefettura ta' Gunma:

  • Numata
  • Midori
  • Katashina

Il-Prefettura ta' Fukushima:

  • Minamiaizu
  • Hinoemata

Klima immodifika

Nikkō għandha klima kontinentali umduża (Köppen Cfa) bi sjuf sħan u bi xtiewi kesħin b'ħafna borra. It-temperatura annwali medja f'Nikkō hija 11.6 °C. Ix-xita annwali medja hija 1,670 mm u tinżel l-iktar f'Settembru. It-temperatura togħla l-iktar bħala medja f'Awwissu sa xi 23.9 °C, u tkun l-iktar baxxa f'Jannar sa xi -0.1 °C.[8]

Data klimatika għal Nikkō, Tochigi
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja °C (°F) −0.6

(30.9)

−0.5

(31.1)

2.8

(37.0)

9.8

(49.6)

14.7

(58.5)

17.3

(63.1)

21.1

(70.0)

22.4

(72.3)

18.1

(64.6)

12.7

(54.9)

8.0

(46.4)

2.7

(36.9)

10.7

(51.3)

Temp. medja ta' kuljum °C (°F) −4.4

(24.1)

−4.3

(24.3)

−1.4

(29.5)

4.9

(40.8)

9.8

(49.6)

13.4

(56.1)

17.4

(63.3)

18.5

(65.3)

14.5

(58.1)

8.5

(47.3)

3.7

(38.7)

−1.3

(29.7)

6.6

(43.9)

Temp. baxxa medja °C (°F) −8.4

(16.9)

−8.2

(17.2)

−5.7

(21.7)

−0.1

(31.8)

4.7

(40.5)

9.7

(49.5)

14.0

(57.2)

15.1

(59.2)

11.2

(52.2)

4.5

(40.1)

−0.4

(31.3)

−5.2

(22.6)

2.6

(36.7)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 47.9

(1.89)

68.2

(2.69)

94.4

(3.72)

151.5

(5.96)

167.1

(6.58)

245.3

(9.66)

249.8

(9.83)

382.2

(15.05)

336.6

(13.25)

184.3

(7.26)

101.9

(4.01)

45.4

(1.79)

1,824.8

(71.84)

Borra medja f'cm (pulzieri) 44

(17)

57

(22)

62

(24)

15

(5.9)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

8

(3.1)

29

(11)

215

(83)

Umdità relattiva medja (%) 65 66 67 71 74 85 87 86 86 79 71 66 75
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 178.5 162.1 194.1 175.9 184.1 109.9 114.5 136.7 98.6 134.1 155.0 174.7 1,818.2
Sors: NOAA (1961-1990)[9]

Demografija immodifika

Skont id-data miċ-ċensimenti Ġappuniżi, il-popolazzjoni ta' Nikkō naqset matul l-aħħar għoxrin sena.[10]

Popolazzjoni storika
Sena Pop. ±%
1950 107,674 —    
1960 110,468 +2.6%
1970 99,415 −10.0%
1980 97,515 −1.9%
1990 97,859 +0.4%
2000 98,143 +0.3%
2010 90,064 −8.2%
2015 83,386 −7.4%
2020 80,239 −3.8%
Data miċ-ċensimenti Ġappuniżi

Storja immodifika

 
Kartolina tal-belt tal-1901 bl-attrazzjonijiet ewlenin sa dak iż-żmien

Shōdō Shōnin (勝道上人) stabbilixxa t-tempju ta' Rinnō-ji fis-766 u wara stabbilixxa t-tempju ta' Chūzen-ji fis-784. L-ewwel villaġġ ta' Nikkō żviluppa madwar dawn iż-żewġ tempji. Is-santwarju ta' Nikkō Tōshō-gū tlesta fl-1617 u sar l-ikbar attrazzjoni għall-viżitaturi fiż-żona matul il-perjodu Edo. Dan huwa magħruf bħala l-post funebri tax-shōgun Tokugawa Ieyasu. Għadd ta' toroq ġodda nbnew dak iż-żmien biex jiġi pprovdut aċċess aħjar għal Nikkō mir-reġjuni tal-madwar. Nikkō Tōshō-gū, is-Santwarju ta' Futarasan, u t-Tempju ta' Rinnō-ji issa jagħmlu parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-

UNESCO msejjaħ Santwarji u Tempji ta' Nikkō.[11]

 
Is-Santwarju ta' Toshogu


Matul il-perjodu Meiji, il-villaġġ ta' Nikkō żviluppa bħala post turistiku mdawwar bil-muntanji, u sar partikolarment popolari fost il-viżitaturi barranin tal-Ġappun. Is-Servizz Ferrovjarju Nazzjonali Ġappuniż beda jopera lejn Nikkō fl-1890 bil-Linja Ferrovjarja ta' Nikkō, segwita bil-Linja Ferrovjarja ta' Tobu fl-1929 lejn Nikkō.

Il-villaġġ ta' Nikkō ġie inkorporat bħala raħal fl-1889 (parti mid-Distrett ta' Kamitsuga) bl-istabbiliment tas-sistema moderna tal-muniċipalitajiet. Ir-raħal ingħata l-istatus ta' belt fl-1954 wara fużjoni mal-villaġġ ġar ta' Okorogawa.

Fl-20 ta' Marzu 2006, Nikkō assorbiet il-belt fil-qrib ta' Imaichi, ir-raħal ta' Ashio (mid-Distrett ta' Kamitsuga), ir-raħal ta' Fujihara, u l-villaġġ ta' Kuriyama (it-tnejn li huma mid-Distrett ta' Shioya), biex tinħoloq dik li issa hija magħrufa uffiċjalment bħala l-belt ġdida u mwessa' ta' Nikkō. Il-muniċipju tal-belt il-ġdida jinsab fl-eks muniċipju tal-belt ta' Imaichi; l-eks muniċipju tal-belt ta' Nikkō City issa huwa magħruf bħala l-Uffiċċju Sekondarju tal-Belt u tal-Muniċipju ta' Nikkō.

Sit ta' Wirt Dinji immodifika

 
Il-Pagoda ta' Toshugu

Is-Santwarji u t-Tempji ta' Nikkō ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-Unesco fl-1999.[11]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem", ladarba s-santwarji u t-tempji ta' Nikkō huma riflessjoni ta' ħila arkitettonika u artistika tal-għaġeb u dan joħroġ fid-dieher permezz tal-integrazzjoni armonjuża tal-binjiet f'foresta u f'sit naturali mħejji min-nies; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem", ladarba s-santwarji u t-tempji ta' Nikkō huma turija perfetta tal-istil arkitettoniku tal-perjodu Edo kif applikat għas-santwarji Xintoisti u għat-tempji Buddisti; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju", ladarba s-santwarji u t-tempji ta' Nikkō, flimkien mal-ambjent ta' madwarhom, huma eżempju straordinarju ta' ċentru reliġjuż Ġappuniż tradizzjonali, assoċjat mal-perċezzjoni Xintoista tar-relazzjoni bejn il-bniedem u n-natura, fejn il-muntanji u l-foresti għandhom tifsira sagra u huma oġġetti ta' venerazzjoni, f'prattika reliġjuża li għadha ferm ħajja sa llum.[11]

 
L-iskultura famuża tax-xadini ta' rajt ma rajtx, smajt ma smajtx

Governanza immodifika

 
Il-muniċipju ta' Nikkō

Nikkō għandha sistema ta' governanza ta' kunsill immexxi minn sindku elett direttament b'leġiżlatura unikamerali tal-belt magħmula minn 24 membru. Nikkō tikkontribwixxi żewġ membri lill-Assemblea Prefetturali ta' Tochigi. F'termini ta' politika nazzjonali, il-belt hija parti mit-tieni distrett ta' Tochigi tal-kamra inferjuri tad-dieta tal-Ġappun.

Ekonomija immodifika

Nikkō tiddependi ħafna fuq it-turiżmu lejn is-siti storiċi u xeniċi tagħha u l-lukandi bil-fawwara jaħarqu. Il-produzzjoni tal-enerġija idroelettrika, l-ipproċessar tal-ikel, u l-industrija tal-estrazzjoni tal-metalli mingħajr ħadid huma komponenti importanti wkoll tal-ekonomija.

Edukazzjoni immodifika

Nikkō għandha 23 skola primarja pubblika, 12-il skola medja pubblika u tliet skejjel primarji u medji pubbliċi flimkien operati mill-gvern tal-belt. Il-belt għandha tliet skejjel post sekondarji pubbliċi operati mill-Bord Prefetturali tal-Edukazzjoni ta' Tochigi. Il-prefettura topera wkoll skola waħda tal-edukazzjoni speċjali għall-persuni b'diżabbiltà.

Skejjel postsekondarji:

  • l-Iskola Postsekondarja Prefetturali ta' Nikko Meiho f'Tochigi
  • l-Iskola Postsekondarja Prefetturali ta' Imaichi f'Tochigi
  • l-Iskola Postsekondarja Vokazzjonali Prefetturali ta' Imaichi f'Tochigi

Trasport immodifika

 
Il-Linja Ferrovjarja ta' Nikkō

Ferroviji immodifika

Il-linja tal-Lvant tas-Sistema Ferrovjarja Ġappuniża – il-Linja Ferrovjarja ta' Nikkō

  • Fubasami - Shimotsuke-Ōsawa - Imaichi - Nikkō

Is-Sistema Ferrvjarja ta' Tōbu – il-Linja Ferrovjarja ta' Tōbu Nikkō

  • Shimo-Goshiro - Myōjin - Shimo-Imaichi - Kami-Imaichi - Tōbu Nikkō

Is-Sistema Ferrvjarja ta' Tōbu – il-Linja Ferrovjarja ta' Tōbu Kinugawa

  • Shimo-Imaichi - Daiya-Mukō - Ōkuwa - Shin-Takatoku - Kosagoe - il-Pjazza Dinjija ta' Tobu - Kinugawa-Onsen - Kinugawa-Kōen - Shin-Fujiwara

Is-Sistema Ferrovjarja ta' Yagan

  • Shin-Fujiwara - Ryūōkyō - Kawaji-Onsen - Kawaji-Yumoto - Yunishigawa-Onsen - Nakamiyori-Onsen - Kamimiyori-Shiobara-Onsenguchi - Ojika-Kōgen

Is-Sistema Ferrovjarja ta' Watarase Keikoku

  • Haramukō - Tsūdō - Ashio - Matō

Awtostradi immodifika

  • It-Triq Express ta' Tōhoku – Yaita IC, Yaita-Kita PA
  • It-Triq ta' Nikkō Utsunomiya – Kiyotaki IC, Nikko IC, Imaichi IC, Dosawa IC, Osawa IC
  • Ir-Rotta Nazzjonali 119
  • Ir-Rotta Nazzjonali 120
  • Ir-Rotta Nazzjonali 121
  • Ir-Rotta Nazzjonali 122
  • Ir-Rotta Nazzjonali 352
  • Ir-Rotta Nazzjonali 400
  • Ir-Rotta Nazzjonali 461

Attrazzjonijiet immodifika

  • It-Triq taċ-Ċedru ta' Nikkō
  • Il-Ġnien Botaniku ta' Nikkō
  • Il-Villa Imperjali ta' Tamozawa
  • Is-Santwarji u t-Tempji ta' Nikkō (Nikkō Tōshō-gū, is-Santwarju ta' Futarasan, u t-Tempju ta' Rinnō-ji)
  • Nikkō Tōshō-gū
  • Rinnō-ji
    • Il-Mawżolew ta' Taiyū-in
    • Il-Ġnien ta' Shōyō-en
  • Is-Santwarju ta' Futarasan
  • Il-Lag ta' Chūzenji
  • Edo Wonderland Nikko Edomura (park storiku rikreattiv)
  • Nikkō hija magħrufa ferm għax-xadini tagħha li jduru qrib il-belt fix-xitwa sabiex ifittxu l-ikel.
  • L-istatwi ta' Jizō Bosatsu fil-Mixja ta' Kanman. Skont leġġenda fost in-nies tal-lokal, f'din il-mixja ftit 'il barra mill-belt, jekk wieħed jgħodd l-istatwi hu u miexi f'direzzjoni u jerġa' jgħoddhom fid-direzzjoni lura, in-numru ta' statwi jkun differenti.
  • L-Abiss ta' Kanmangafuchi huwa post li fforma mil-lava tal-iżbroffar tal-Vulkan Nantai[12]

Sport immodifika

 
Iċ-ċentru tal-iskejzjar ta' Nikkō

Nikkō tospita lin-Nikkō Ice Bucks fil-Lega Asjatika tal-Hockey fuq is-Silġ. L-Arena tas-Silġ ta' Nikkō Kirifuri ospitat il-Kampjonati tad-Dinja tan-Nisa tal-Hockey fuq is-Silġ (Diviżjoni I) f'April 2007. Hemm ukoll stabbiliment tal-iskejzjar veloċi (bl-Ingliż: speed skating).

Ġemellaġġi immodifika

  • Rapid City, South Dakota, l-Istati Uniti, ġemellata mis-7 ta' Frar 1993
  • Tainan, Taiwan, ġemellata bħala ħbiberija mis-16 ta' Jannar 2009
  • Odawara, il-Prefettura ta' Kanagawa, ġemellata mid-19 ta' Diċembru 1980

Nies notevoli immodifika

Referenzi immodifika

  1. ^ 日光市. "人口". 日光市 (bil-Ġappuniż). Miġbur 2021-08-06.
  2. ^ "Nikko City/Location, Topography & History of Nikko City". web.archive.org. 2006-10-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-10-05. Miġbur 2021-08-06.
  3. ^ Lohr, Steve (1983-09-11). "SHRINE OF THE SHOGUN" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-06.
  4. ^ "Nikko/Aizu – Challenging | Oka Tours". web.archive.org. 2019-07-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-07-09. Miġbur 2021-08-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "NIKKO, Weather History and Climate Data". www.worldclimate.com. Miġbur 2021-08-06.
  6. ^ "NIKKO, Weather History and Climate Data". www.worldclimate.com. Miġbur 2021-08-06.
  7. ^ "NIKKO, Weather History and Climate Data". www.worldclimate.com. Miġbur 2021-08-06.
  8. ^ "Nasu climate: Average Temperature, weather by month, Nasu weather averages - Climate-Data.org". en.climate-data.org. Miġbur 2021-08-06.
  9. ^ ""Nikkō Climate Normals 1961–1990". National Oceanic and Atmospheric Administration".
  10. ^ "Tochigi (Japan): Prefecture, Cities, Towns and Villages - Population Statistics, Charts and Map". www.citypopulation.de. Miġbur 2021-08-06.
  11. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Shrines and Temples of Nikko". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-06.
  12. ^ "Kanmangafuchi Abyss - Nikko Things To Do & Itineraries | Planetyze". planetyze.com. Miġbur 2021-08-06.
  13. ^ "Obituary: Masaru Ibuka". The Independent (bl-Ingliż). 2011-10-22. Miġbur 2021-08-06.
  14. ^ "Shoma Sato Japanese Leagues Statistics & History". Baseball-Reference.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-06.
  15. ^ "生い立ち1". www16.plala.or.jp. Miġbur 2021-08-06.
  16. ^ 栃木県知事・福田とみかず後援会総連合会. "プロフィール". 栃木県知事 福田富一(福田とみかず)後援会総連合会 (bil-Ġappuniż). Miġbur 2021-08-06.