Università ta' New York

(Rindirizzat minn New York University)

L-Università ta' New York, jew New York University (NYU) hija università li tinsab fi New York City, ġewwa l-Stati Uniti. . Ġiet fundata fl-1831 minn Albert Gallatin bħala ċentru tal-istudju miftuħ għal kulħadd, mingħajr ebda distinzjoni tan-nazzjonalità, twemmin reliġjuż jew sfond soċjali—impenn li għadu miżmum sal-lum. NYU illum hija fost l-ikbar universitajiet fl-Amerika u fid-dinja. Mill-158 li kienu applikaw fl-1831, illum din l-università tgħodd mal-40,000 student maqsuma f'erbatax-il stitut u kulleġġi f'sitt distretti ta' Manhattan. Barra minn dawn is-sitt ċentri, għandha wkoll faċilitajiet tagħha ġewwa Londra, Pariġi, Tel Aviv, Buenos Aires, Firenze, Praga, Madrid, Berlin, Accra, u Shanghai. Jgħallmu ġo din l-università hemm 3,100 professur.

Ħoloq esterni

immodifika