New Secret (jott)

jott lussuż kbir

In-New Secret huwa jott lussuż kbir ta' 74 metru (243 pied) li ġie varat minn Amels Holland B.V. fl-2017[1] fil-baċir tal-bini tal-jottijiet tagħhom f'Vlissingen, in-Netherlands. L-opra tal-baħar ġiet iddisinjata minn Tim Heywood, u d-disinn intern sar minn Winch Design. In-New Secret huwa t-tieni jott minn serje ta' tlieta. L-ewwel jott tas-serje nbena fl-2016 u jismu Plvs Vltra, filwaqt li t-tielet jott tas-serje nbena fl-2018 u jismu Universe.[2] In-New Secret ingħata lis-sid, il-familja Lopes minn São Paulo, il-Brażil, f'Ġunju 2019.

In-New Secret huwa twil 74 metru (243 pied), b'wisa' massima ta' 12.25-il metru (40.2 pied) u b'pixka ta' 3.85 metri (12.6-il pied). It-tunnellaġġ tal-jott huwa ta' 1790 tunnellata grossa. Il-buq tal-jott huwa magħmul mill-azzar, filwaqt li l-qafas tal-opra tal-baħar huwa magħmul mill-aluminju bi gverti tal-injam tat-tikk. Il-jott huwa kklassifikat minn Lloyd's u jtajjar il-bandiera tal-Gżejjer Marshall. In-New Secret ilaħħaq veloċità massima ta' 16.5-il knot (31 km/h).

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Second 74m Amels 242 superyacht launched". www.superyachttimes.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-09.
  2. ^ "Hatrick: Amels launches third 242 LE superyacht in Vlissingen". www.superyachttimes.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-09.